Reference: 59/2001/1

Judgement Details


Date
20/10/2004
Court
OF APPEAL (CIVIL, INFERIOR)
Judiciary
SCIBERRAS PHILIP
Parties
GENERAL PRECAST CONCRETE LIMITED vs J.T.E. LIMITED
ECLI
N/A
Judgement Type
PARTIAL SENTENCE

Keywords / Summary


Keywords
BEJGH, BL-IMNUT - BEJGH, BL-INGROSSA - PRESKRIZZJONI, BEJGH BL-IMNUT - PRESKRIZZJONI, BEJGH BL-INGROSSA
Summary
L-art 2148 (b) tal-Kodici Civili ma huwiex limitat ghall-bejgh minn kummercjant lill-persuna li ma hijiex fil-kummerc, il-kriterju adoperat mhux korrelat mal-persuni, kummercjanti jew le, involuti fix-xiri, imma huwa, minflok, jekk il-bejgh sarx bl-imnut jew inkella bl-ingrossa.

Hekk gie ritenut illi "fir-rigward tal-applikabilita` tal-art 2148(b) il-qorti tiddistingwi ghall-skop ta' preskrizzjoni bejn il-grossista u d-dettaljatur u tghid li l-ligi ma tharisx lejn dik li tista' tkun abitwalment il-professjoni tan-negozjant ta' grossista jew minutant imma thares lejn il-vendita` in kwestjoni per se`.

Dan premess, jinsab stabbilit fid-dottrina illi dak li jiddistingwi l-bejgh bl-ingrossa mill-bejgh bl-imnut huwa l-fatt illi filwaqt li l-grossista principalment kien ibiegh lill-persuni li jinnegozjaw fil-merce mibjugha, l-minutant principalment ibiegh lill-konsumatur fi kwantitajiet zghar skond il-htigijiet tieghu.




Operational Programme 1
CONvErGE connected eGovernment


We use cookies to ensure that we give you the best experience on our website. If you continue without changing your settings, we'll assume that you are happy to receive all cookies. More Info