Reference: 1036/1995/2

Judgement Details


Date
07/10/2004
Court
CIVIL COURT, FIRST HALL
Judiciary
MICALLEF JOSEPH R.
Parties
CAUSON LESLIE NOE vs ABELA GODWIN ET NOE
ECLI
N/A
Judgement Type
FINAL JUDGEMENT

Appealed Details


Appealed
Yes

Keywords / Summary


Keywords
GURISDIZZJONI, GURISDIZZJONI RESIDWALI TAL-QRATI MALTIN - GURISDIZZJONI, HWEJJEG LI QEGHDIN JEW LI JINSABU F`MALTA - GURISDIZZJONI, INTERPRETAZZJONI TA` KLAWSOLI TA` ESKLUZJONI - GURISDIZZJONI, PERMISSIBILITA` TA` ESKLUZJONI - KUNTRATT, KLAWSOLA TA` EZONERU
Summary
Bhala regola, il-Qrati taghna ilhom sa minn zmien twil li qiesu u laqghu klawsola gurisdizzjonali bhal din, l-izjed meta kienu certi li l-ghazla ta' gurisdizzjoni partikolari ghad-determinazzjoni ta'kwestjoni kienet tassew rifless tar-rieda hielsa tal-partijiet kontraenti. Madankollu, bhal fil-kazta' kull klawsola arbitrali f'ghadd ta' kuntratti kummercjali, ir-regola tal-pratticita' dejjem wasslet biex il-Qrati Maltin qiesu li, minkejja klawsola bhal dik, huma kellhom is-setgha li jisimghu kawza mressqa quddiemhom meta l-kwestjoni tkun tirrigwarda verifika ta' danni li jew ma tistax issirhlief f'Malta, jew li ma jkunx ekonomikament xieraq li l-kawza ssir fit-tribunal maghzul fil-klawsola jew fejn iz-zmien ghas-soluzzjoni tal-kwestjoni jitwal bla bzonn jekk kemm-il darba tigi segwital-gurisdizzjoni msemmija fil-klawsola, jew fejn ikun hemm bizgha fondat li r-rikors ghat-tribunal imsemmi fil-klawsola jkun wiehed li ma jaghti l-ebda rimedju effettiv lill-parti fil-kwestjoni;

Kriterju iehor siewi u determinanti biex isejjes il-gurisdizzjoni tal-Qorti Maltija minkejja l-ghazla ta' tribunal barrani bis-sahha ta' klawsola gurisdizzjonali huwa r-rabta diretta, rejali u sostanzjali mal-post fejn il-merkanzija tinhatt. F'kaz, imbaghad, fejn l-ezekuzzjoni tad-decizjoni dwar il-kwestjoni tkun trid issir f'Malta, il-qrati kwazi dejjem iddecidew li l-Qrati Maltin ikollhom gurisdizzjoni minkejja l-ezistenza ta' klawsola li tistabilixxi gurisdizzjoni quddiem tribunal f'pajjiziehor. Fl-ahharnett, konsiderazzjoni ewlenija ohra hija dik fejn il-parti attrici tkun ressqet pretensjoni kontra aktar minn parti mharrka wahda, u li fost dawk il-partijiet imharrkin ikun hemm xi wahda jew uhud li ma jkunux parti fil-ftehim li fih ikun hemm klawsola gurisdizzjonali. F'kaz bhal dak, il-Qorti ssib li jkollha s-setgha tisma' l-kawza jekk il-gurisdizzjoni tkun radikata dwar dik il-parti mharrka li ma tkunx parti fil-ftehim;

Mhux il-klawsoli kollha ta' ezoneru f'kuntratt jistghu jitqiesu leciti, billi ma tista' qatt tkun lecita klawzola fejn parti tehles lilha nnifisha mir-responsabbilta' ta' hsara li ssir b'ghemilha, sewwasew fejn il-qaghda taghha kienet dik li tuza l-ghaqal ta' missier tajjeb tal-familja.




Operational Programme 1
CONvErGE connected eGovernment


We use cookies to ensure that we give you the best experience on our website. If you continue without changing your settings, we'll assume that you are happy to receive all cookies. More Info