Summary
Is-socjeta' rikorrenti rceviet stima minghand id-Direttur tad-Dipartiment tat-Taxxa fuq il-Valur Mizjud u wara li kkontestat, bla ezitu favorevoli ghaliha, dik l-istima, sahansitra anke b'appell quddiem il-Bord tal-Appelli Dwar it-Taxxa fuq il-Valur Mizjud, l-istess socjeta' rikorrenti interponiet appell quddiem l-Onorabbli Qorti tal-Appell, liema appell kien gie wkoll michud fuq teknikalita', u cioe', peress li l-appell interpost kien proceduralment monk peress illi dak ir-rikors ta' l-appell la tikkontjeni talba ta' revoka u lanqas ta' riforma tas-sentenza appellata.
L-ilment principali tas-socjeta' rikorrenti wara d-decizjoni tal-Bord tal-Appell Dwar it-Taxxa fuq il-Valur Mizjudkien bazat fuq l-allegazzjoni li quddiem dak il-Bord hi ma kienetx inghatat smiegh xieraq bi ksur tal-principju ta' audi alteram partem. Fil-kors tad-decizjoni taghha, l-Onorabbli Qorti tal-Appell kienet anke osservat illi jekk is-socjeta' rikorrenti kien jidhrilha li ma nghatatx smiegh xieraq kifkontemplat fl-artikolu 39 subinciz (12) tal-Kostituzzjoni ta' Malta u fl-artikolu 6(1) tal-Konvenzjoni Ewropeja, din kien messha tindirizza l-lanjanza taghha f'Qorti ohra u bi procedura differenti skond il-ligi.Is-socjeta' rikorrenti obdiet, u qieghda issa, b'dawn il-proceduri, tressaq il-lanjanzitaghha quddiem din il-Qorti fil-kompetenza taghha kostituzzjonali.
Din il-Qorti tibda biextosserva li l-principji ta' gustizzja naturali, li wahda minnhom huwa l-principju ta' smiegh xieraq, huma principji ta' ligi ordinarja li jistghu u ghandhom jigu ezaminati u mistharga minn dawn il-Qrati fil-kompetenza ordinarja taghhom.
Il-principji ta' gustizzja naturali jitqiesu dejjem materja ta' dritt, anzi ta' dritt pubbliku, u n-nuqqas ta' osservanza taghhom jaghti mhux biss dritt ta' appell meta dan hu koncess (anke jekk limitatament fuq punt ta' dritt), izda ukoll ghad-dritt ta'review mill-Qrati ordinarji.
Il-principju ta' audi alteram partem tant hu importanti li r-regola li n-nullita' ta' sentenza m'ghandhiex tigi attiza jekk is-sentenza tkun sostanzjalment gusta, hi meqjusa li ma tapplikax f'kaz ta' vjolazzjoni ta' dan il-principju.
F'dan il-kaz, is-socjeta' rikorrenti kellha opportunita' moghti lilha bil-ligi biex tressaq l-ilmenti taghha quddiem l-Onorabbli Qorti ta' l-Appell, u fil-fatt, kienet uzufruwit minn dak ir-rimedju moghti lilha, izda b'nuqqas taghha u/jew tal-konsulenti taghha, dak l-appell gie dikjarat irritu u null. Huwa obbligu tal-parti illi ssegwi ad ungwen r-regoli procedurali statutorji, u jekk is-socjeta' rikorrenti naqset li taghmel dan, it-tort m'hu ta' hadd hlief taghha. Meta l-Onorabbli Qorti tal-Appell cahdet l-appell imressaq mis-socjeta' rikorrenti f'dan il-kaz, dan m'ghamlitux fuq il-motivazzjoni li dik is-socjeta' messha ressqet il-lanjanzi taghha bi proceduri ohra differenti, izda ghax fir-rikors tal-appell ma gewx segwiti certi regoli li dik l-Onorabbli Qorti qieset ta' importanza kbira tant li jwasslughan-nullita' tal-istess appell.
Jekk is-socjeta' rikorrenti qed tilmenta minn ksur tal-Kostituzzjoni ta' Malta jew tal-Konvenzjoni Ewropeja, dak il-ksur irid jitressaq bhala ilment quddiem din il-Qorti fil-kompetenza taghha kostituzzjonali, pero', m'ghandhux jitressaq hekk l-ilment taghha,meta rimedju ghal dak l-istess ilment jezisti taht il-ligi ordinarja u hu rimedju effettiv u tajjeb,kif inhu il-kaz f'din il-kawza.
Ir-rimedju kien jezisti taht il-ligi ordinarja, u kien rimedju adegwat u effettiv. In-nuqqas tas-socjeta' rikorrenti li taghmel uzu u tinqeda b'dan ir-rimedju kif suppost, huwa nuqqas taghha stess, u ma tistax issa titlob rimedju straordinarju meta n-nuqqasli tinghata rimedju effettiv kien minhabba n-nuqqas taghha li tiehu l-opportunita' li tipprovdi l-ligi ordinarja tal-pajjiz.
Din il-Qorti qed tghid li l-ligi ordinarja kienet tipprovdi metoduordinarju u effettiv kif dawk il-lanjanzi setghu gew mistharga minn Qorti indipendenti u imparzjali,u li dan ma sarx, f'dan il-kaz, huwa tort tas-socjeta' rikorrenti. Kwindi, hi ma tistax issa tipprova tiehu b'dawn il-proceduri dak li ma hadetx konsegwenza tan-nuqqasijiet taghha.
Ghaldaqstant, din il-Qorti tiddeciedi li tastjeni milli tezercita l-mansjonijiet taghha taht l-artikolu 46 tal-Kostituzzjoni ta' Malta u l-artikolu 4 tal-Kap. 319 tal-Ligijiet ta' Malta, u b'hekk tillibera lill-intimat mill-osservanza tal-gudizzju.