Reference: 704/2000/1

Judgement Details


Date
08/10/2004
Court
CIVIL COURT, FIRST HALL
Judiciary
VALENZIA GEOFFREY
Parties
MICALLEF NIKOLA vs GRIMA LAWRENCE
ECLI
N/A
Judgement Type
FINAL JUDGEMENT

Appealed Details


Appealed
Yes

Keywords / Summary


Keywords
SERVITU`, LIGIJIET SPECJALI U REGOLAMENTI TAL-BINI - SUPERFICIES SOLO CEDIT, PREZUNZJONI IURIS TANTUM
Summary
L-artikolu 323 tal-Kodici Civili jiddisponi illi min ghandu l-proprjeta' ta' l-art ghandu ukoll dikta' l-arja ta' fuqha. Il-konvenut mhux qed jikkontesta li l-attur ghandu l-proprjeta' tal-kamra, imma li l-bejt u l-arja hija tieghu. L-artikolu 323 pero' ma jistabilixxix prezunzjoni juris et de jure favur is-sid tal-fond sottostanti izda biss presunzjoni juris tantum li tammetti l-prova kuntrarja. Jigifieri li sakemm ma hemmx prova kuntrarja, il-presunzjoni hija illi l-bejt huwa ta' min jipposjedi l-komoditajiet sottostanti ghalih.

L-artikolu 1234 tal-Kodici Civili espressament jiddisponi illi: "Dak li ghandu favur tieghu presunzjoni stabbilita mil-ligi, hu mehlus minn kull prova tal-fatt prezunt". Dan ifisser li kuntrarjament ghal dik li tkun il-posizzjoni bhala regola fil-kaz ta' azzjoni revendikatorja, hemm f'dan il-kaz rovexxament tal-oneru tal-prova. Dan proprju minhabba l-prezunzjoni "juris tantum" . Il-konvenut irid jipprova li hu akkwista l-arja tal-bejt in kwistjonisew jekk permezz tat-titolu minnu vantat sew jekk bil-preskrizzjoni akkwizittiva. Hu biss wara li l-konvenut jirnexxilu jehles minn din il-presunzjoni li hu mehtieg li l-attur jiddefendi ruhhu kontratali prova.

Ir-regolamenti tal-bini u l-permessi li jinhargu tahthom joholqu zewg relazzjonijiet: (a) wahda amministrativa bejn l-awtorità u dak li lilu jinhareg il-permess tal-bini, u f'din ir relazzjoni terzi ma jistghux jindahlu; u - fil-kaz biss illi mir-regolamenti johorgu servitujiet legali fuq fond servjenti favur fond dominanti - (b) relazzjoni civili tan-natura ta' servitù bejn il-girien, sidien privati.




Operational Programme 1
CONvErGE connected eGovernment


We use cookies to ensure that we give you the best experience on our website. If you continue without changing your settings, we'll assume that you are happy to receive all cookies. More Info