Reference: 214/2000/1

Judgement Details


Date
08/10/2004
Court
CIVIL COURT, FIRST HALL
Judiciary
VALENZIA GEOFFREY
Parties
LIA ROBERT vs BURMARRAD COMMERCIALS LTD
ECLI
N/A
Judgement Type
FINAL JUDGEMENT

Keywords / Summary


Keywords
BEJGH, DIFETTI MOHBIJA - OGGETT SECOND HAND - BEJGH, OGGETT SECOND HAND
Summary
Hu car ukoll li fil-komprovendita tal-oggett sekonda mano, il-kwalita' pattwita necessarjament tippresupponi li l-oggett ma jkunx ta' kwalita' gdida, imma uzata u hu ovvju wkoll li fl-uzat jista' jkollok infinita' ta' gradwazzjoni fil-kwalita'.

Jekk il-bejgh kien ta' oggett mhux gdid, imma sekonda man, fin-nuqqas ta' provi sufficjenti jekk l-oggett kienx tajjeb jew le fil-mument tal-konsenja, wiehed ghandu jimxi fuq dak li verosimilment fl-intenzjoni tal-partijiet fil-mument tal-ftehim;u hu ghalhekk gust u logiku li jinghad li, meta l-oggett gie kwalifikat bhala "tajjeb", dik il-kelmafl-intendiment tal-kontraenti, u skond il-logika guridika, kellha u ghandha tiftiehem fis-sens li l-oggett kellu jkun tajjeb "sa fejn jista' jkun tajjeb oggett sekonda man bil-prezz li nxtara.

Jekk l-oggett juri li fih mankamenti li wiehed ghandu jistennihom f'oggett mixtri sekonda man, apparti milli kienu facilment konstatabbli b'ezami superficjali, u li bi spiza zghira jkun jista' jservighal zmien konsiderevoli, il-kelma "tajjeb" fic-cirkostanzi tal-kaz ma tfissirx aktar minn "ragjonevolment servibbli".

Hu minnu li l-Kodici Civili ma jiddistingwix bejn jekk l-oggett mibjughhux wiehed gdid, sekonda mano, qadim jew xort'ohra. Ghall-ligi l-kundizzjoni tal-oggett invendita, mhux rilevanti, imma biss fis-sens li kull oggett mibjugh igor mieghu bhala kundizzjoni tal-kuntrattta' comprovendita l-garanzija tal-ligi kontra d-difett mohbi. L-istitut tal-Kodici Civili dwar dan,pero', ghandu jinqara u jigi interpretat b'mod logiku li jirrispekkja l-intenzjoni tal-legislatur licertament ma kellu l-ebda hsieb li jaghti lil min jixtri oggett mhux gdid l-istess garanzija li huintitolat ghaliha min jixtri oggett gdid. Ir-ratio legis hu, li jigi adegwatament protett il-kompratur kontra difetti mohbija fl-oggett li jkun xtara. Hu ovvju li jekk l-oggett ikun gdid il-venditur irid jiggarantixxi kontra kull difett mohbi, ghax hu car li l-kompratur tal-gdid ikun qed ihallas u ghandu dritt jezigi li dak li xtara ma jkunx affett minn ebda vizzju. Mill-banda l-ohra fil-bejgh ta'oggett sekonda mano, ikun ovvju wkoll li l-oggett tal-kuntratt mhux aktar wiehed gdid, imma wieheduzat. F'dan il-kaz il-garanzija tibda tapplika biss wara li jittiehed kont tal-kondizzjoni li l-oggett in vendita kien mistenni li jkun fiha bhala oggett uzat, tenut kont tal- 'wear and tear', zmien,uzu u cirkostanzi ohra li jkunu ikkondizzjonaw l-prezz miftiehem.

Il-kompratur ghalhekk ma hux intitolat jinvoka l-eccezzjoni tad-difett mohbi jekk xtara oggett sekonda mano meta d-difett lijkun jilmenta minnu, hu rizultat dirett tal-uzu li sar mill-oggett minnu akkwistat, minn mindu kiengdid sakemm sar il-bejgh.

Id-difett lamentat irid ikun wiehed ta'certa gravita', cjoe jehtiegli d-difett ikun ta' certa gravita' relattivament ghall-haga mibjugha u ghall-prezz imhallas ghaliha.




Operational Programme 1
CONvErGE connected eGovernment


We use cookies to ensure that we give you the best experience on our website. If you continue without changing your settings, we'll assume that you are happy to receive all cookies. More Info