Reference: 2208/2002/1

Judgement Details


Date
06/10/2004
Court
OF APPEAL (CIVIL, INFERIOR)
Judiciary
SCIBERRAS PHILIP
Parties
AGIUS SAVIOUR ET vs XERRI ANTOINE
ECLI
N/A
Judgement Type
FINAL JUDGEMENT

Keywords / Summary


Keywords
APPELL, SENTENZA IN PARTE - REFERENZA GHAS-SENTENZI LI MINNHOM IKUN QED ISIR APPELL - BEJGH, DISTINZJONI BEJN DIFETT U KWALITA` - BEJGH, KWALITA` PATTUWITA RIMEDJU DISPONIBBLI - BEJGH, TALE QUALE
Summary
Il-venditur kellu 'ope legis' jadempixxi z-zewg obbligi specifici dettati mill-Artikolu 1378 tal-Kodici Civili:-

L-ewwel obbligu hu dak tal-konsenja tal-oggett vendut. Dan fis-sens li dan l-oggett kellu jigi kkunsinnat fl-istat li kien jinsab fiz-zmien tal-bejgh (Art 1393), bl-obbligu wkolltal-kunsinna ta' l-accessorji tieghu (Art 1398). F'kaz li mbaghad ikun gie akkordat illi l-oggett kellu jkun ta' certu kwalita` kien hemm l-obbligu li l-kunsinna tal-oggett tkun ta' din il-kwalita` (Art 1390). Dan anke jekk din il-kwalita` ma tirrizultax minn xi klawsola negozjali specifikament espressa.

Bhala t-tieni obbligu l-ligi tipprovdi wkoll li l-venditur kellu jiggarantixxi l-hagamibjugha wkoll ghad-difetti li ma jidhrux fil-haga mibjugha. "Garanzija din favur ix-xerrej intizabiex takkordalu l-opportunita` li xorta wahda jirrecedi mill-bejgh bl-azzjoni redibitorja jew li jzomm il-haga u jitlob lura dik il-bicca mill-prezz li tigi stabbilita mill-Qorti u li tirrapprezental-valur tad-difett riskontrat. Il-garanzija ghad-difetti li ma jidhrux regolata bl-artikolu 1424 etseq. tal-Kap 16 kellha allura titqies li kienet komplimentari ghall-obbligu tal-bejjiegh li jikkunsinna l-haga skond il-kwalita` mweghda u l-konsegwenzjali dritt tax-xerrej li, f'kaz ta' nuqqas, jaghzel jew li jirrifjuta l-haga u jitlob id-danni jew li jircievi l-haga bi prezz anqas fuq stima ta' perit".

Precizati dawn iz-zewg obbligi, dan ma jfisserx illi bejn iz-zewg azzjonijiet ma hemmxukoll differenzi markati kompriz dak taz-zmien utili li fih l-azzjoni l-wahda jew l-ohra kellha tigi esperita, Kif kostantement deciz, "meta l-kwestjoni tkun qieghda taggira ruhha fuq il-kwalita` tal-haga mibjugha, il-vizzju redibitorju u t-teorija relattiva mhumiex applikabbli precizament ghaliexf'dawn il-kazijiet l-ezami ghandu jaggira ruhu fuq l-ewwel obbligazzjoni tal-venditur li ghandu jaghti l-haga skond il-kwalita` miftehma u f'kundizzjoni li kienet waqt il-bejgh, u prezumibilment fi stat tajjeb, mentri fil-kaz tal-vizzji redibitorji ma jkunx hemm l-ebda kwestjoni fuq il-kwalita` tal-haga, izda x-xerrej jippretendi li ghalkemm l-oggett huwa effettivament tal-kwalita` miftehma, izdaghandu go fih vizzju okkult li jirrendih inutili ghalih.

L-Artikolu 231 (1) tal-Kap 12 testwalment jipprovdi li meta jsir appell minn kull wahda mis-sentenzi moghtija fl-istess kawza ghandhomespressament jissemmew is-sentenza jew sentenzi li minnhom isir appell. F'dan il-kaz dan ma sarx ub'konsegwenza t'hekk gie li l-appellant ssokkomba ghall-gudikat tas-sentenzi li ma semmiex fir-Rikors ta' l-Appell.

Il-klawsola 'tale e quale' ma teskludix il-garanzija ghal difetti okkulti.




Operational Programme 1
CONvErGE connected eGovernment


We use cookies to ensure that we give you the best experience on our website. If you continue without changing your settings, we'll assume that you are happy to receive all cookies. More Info