Referenza: 1814/2001/1

Dettalji tas-Sentenza


Data
06/10/2004
Qorti
OF APPEAL (CIVIL, INFERIOR)
Ġudikatura
SCIBERRAS PHILIP
Partijiet
ATLAS INSURANCE AGENCY LIMITED vs CARGO HANDLING CO LIMITED ET
ECLI
N/A
Judgement Type
FINAL JUDGEMENT

Kliem Ewlieni / Fil-Qosor


Kliem Ewlieni
POLZA TA` KARIKU, FRAZI CLEAN ON BOARD - TALLY SHEET, ATTENDIBILITA` TA` - VETTURAL, RESPONSABILITA` TA`
Fil-Qosor
In linea ta' massima generali, u skond regoli notorji fil-kamp tal-garr marittimu, hu konoxxut illil-obbligu kontrattwali tat-trasportatur bil-bahar hu dak li jwassal il-merce fid-destinazzjoni taghha u f'dik il-kondizzjoni li l-polza tal-karigu tattribwilha, eccettwat, s'intendi, dawk l-"exceptedperils" li l-Artikolu 4 tal-Hague Rules jippreskrivi. In partikolari, l-vapur ghandu b'obbligu d-dover "to properly and carefully load, handle, stow, carry, keep, care for, and discharge the goods carried" (Art 3(2) tal-istess Hague Rules).

Gjaladarba l-merkanzija titghabba "clean on board"ghandu jkun mistenni li din tigi skarikata f'din l-istess kundizzjoni tajba. Il-prova tal-istat taghha fil-mument tal-hatt hu solitament provvdut mit-"tally sheets". Dan ghaliex, kif saput, huma dawk id-dokumenti portwali li joffru indikazzjoni tal-kundizzjoni tal-merce u li jirrapprezentaw l-istadju fokali meta din tkun qed tigi skarikata minn fuq il-vapur u tigi konsenjata. Dan ifisser illi jekk ir-responsabilita` tal-vettural tibda malli l-merce tigi accettata abbord, l-fazi kompluta tal-iskarikar fil-port ta' destinazzjoni tistabilixxi l-mument meta tispicca din l-istess responsabilita`. Skarikazzjoni li normalment issir bil-mod solitament pratikat fejn il-verifika tal-kundizzjoni tal-vetturi jsir skond l-uzanza u r-regoli portwali waqt li dawn jkunu qed jitnizzlu minn abbord.

Jekk dawn id-dokumenti ma jsirux sew minhabba raguni ta' ghaggla min jaghmilhom ghandu biss jinkolpa lilu nnifsu.




Programm Operattiv 1
CONvErGE connected eGovernment


Dan is-sit jagħmel użu mill-cookies biex jiggarantilek l-aħjar esperjenza. Jekk ma tbiddilx is-settings tiegħek, nifhmu li qed taċċetta l-użu tal-cookies b’mod awtomatiku. Iktar Informazzjoni