Reference: 480/2002/1

Judgement Details


Date
07/10/2004
Court
CIVIL COURT, FIRST HALL
Judiciary
MALLIA TONIO
Parties
PARIS FRANCIS ET vs MALTACOM PLC
ECLI
N/A
Judgement Type
FINAL JUDGEMENT

Appealed Details


Appealed
Yes

Keywords / Summary


Keywords
ACTIO DE IN REM VERSO, ELEMENTI TA` - IMPJIEG, KWISTJONIJIET LI JOHORGU MINN FTEHIM KOLLETTIV HUMA TA` NATURA KONTRATTWALI - KOMPETENZA, PRIM` AWLA TAL-QORTI CIVILI - DISKRIMINAZZJONI - KUNTRATT, IL-QORTI MA TISTAX TVARJA L-FTEHIM MILHUQ BEJN IL-PARTIJIET - KUNTRATT, INTERPRETAZZJONI TA` - KUNTRATT, META L-KLIEM UZATI JKUNU CARI - KUNTRATT, META L-KLIEM UZATI MA JKUNUX CARI - NOVAZZJONI, ANIMUS NOVANDI IRID JIRRIZULTA B`MOD CAR - NOVAZZJONI, META SSEHH - ORDNI PUBBLIKU - PRESKRIZZJONI, PRESKRIZZJONI KWINKWENNALI TAHT L-ARTIKOLU 2156(F) TAL-KAP. 16
Summary
ORDNI PUBBLIKU

Il-kuncetti tal-Ordni Pubbliku m'ghandhomx jigu intesi f'sens internazzjonali,astratt u universali, imma jsibu l-limiti taghhom fl-Ordinament Guridiku nazzjonali tal-pajjiz.

ACTIO DE IN REM VERSO

L-elementi tar-rimedju komunement maghruf bhala "de in rem verso" huma tlieta, u cioe', "l'arricchimento", "il vincolo di causalita" u "il carrattere ingiusto dell'arricchimento". Dan it-tielet element bazikament ifisser illi din l-azzjoni ma hijiex applikabbli metahemm kuntratt li jirregola r-relazzjonijiet bejn il-partijiet. Ir-rimedju "de in rem verso" huwa rimedju sussidjarju li jista' jigi invokat biss meta bejn il-partijiet m'hemmx kuntratt li b'mod espress u definit jorbot il-partijiet.

Jekk persuna, fuq kuntratt, torbot lilha nfisha ghall-esekuzzjoni ta' xi obbligazzjoni, jekk dak il-kuntratt ikun validu u mhux soggett ghar-rexissjoni, l-istess irid jigi esegwit, u ma jistax jigi sottomess li l-esekuzzjoni ta' dak il-kuntratt johloq arrikiment ingust.

Dan hu konformi mal-principju li darba bejn il-partijiet hemm ftehim li jirregola r-relazzjonijiet ta' bejniethom, hu prezunt li qabel ma iffirmaw dak il-ftehim qiesu c-cirkustanzital-kaz u l-interessi taghhom, u allura darba iffirmaw il-kuntratt, huwa dak il-kuntratt li jissanzjona r-relazzjonijiet ta' bejn il-kontendenti, u mhux xi principju iehor, ancorche' bazat fuq l-ekwita'. Il-principju tar-rispett ghal volonta' tal-partijiet huwa wiehed fondamentali u dak li ftehmufuqu il-partijiet ghandu "forza ta' ligi" ghalihom (artikolu 992 tal-Kodici Civili), u l-Qorti m'ghandhiex tuza d-diskrezzjoni taghha biex tissostitwixxi ghal dak li ftehmu l-partijiet il-volonta' taghha.

DISKRIMINAZZJONI

Materja ta' diskriminazzjoni ma hijiex rizervata biss ghall-investigazzjoni u rettifika mill-organi gudizzjarji kostituzzjonali. Jekk l-organi l-ohra, proprju bhalma hi l-Prim' Awla tal-Qorti Civili, jistghu jipprovdu skond il-ligi ordinarja rimedju xieraq u adegwat ghal lezjoni, attwali jew mhedda, ta' jedd fundamentali, kien dan l-istess rimedju li kellu, ughandu, fl-ewwel lok jigi mfittex.

Fil-kuntest ta' deskriminazzjoni hu risaput illi dak li jrid jigi ppruvat huwa illi l-allegat trattament kien differenti minn dak li nghata lil persuni ohra li kienu ta' l-istess deskrizzjoni taghhom. Il-paragun li minnu jehtieg li tohrog id-distinzjoni lihi l-bazi tar-reklam ta' diskriminazzjoni "timporta zewg elementi, u cioe', li l-lanjant ma giex ittrattat b'certu mod waqt li haddiehor fl-istess cirkostanzi (in pari conditione) gie jew kien gie ttrattat b'certu mod waqt li haddiehor fl-istess cirkostanzi ma giex. Fi kliem iehor irid isir paragunbejn l-izvantaggjat u l-ivvantaggjat fuq terren ta' cirkostanzi pari".

Ghalhekk, ikun hemm deskriminazzjoni meta l-kazijiet ugwali jew persuni f'sitwazzjoni ugwali jigu trattati b'mod differenti u ma jkunx hemm bazi oggettiva u ragonevoli ghal tali trattament differenti.

ARTIKOLU 2156(F) KODICI CIVILI

Il-preskrizzjoni ta' hames snin taht l-Artikolu 2156(f) tal-Kap. 16 ghandujircievi interpretazzjoni in bazi ghar-regola ta' l-ejusdem generis in korrelazzjoni max-xorta ta' krediti msemmija fl-incizi li jigu qabel ta' l-istess artikolu, u li mhux accettabbli interpretazzjoni estensiva ta' dan il-paragrafu. L-espressjoni "kull kreditu iehor" jidher li dejjem giet interpretata bhala li tirreferi ghal kreditu ta' flus jew li jkollu l-istess natura bhal flus.

Kull kreditu iehor hemm imsemmi m'ghandux jiftiehem illi jista' jkun kwalunkwe kreditu, ikun li jkun, immadak biss li mhux imsemmi espressament fl-istess disposizzjoni, u li jkollu l-istess natura bhal flus, bhal meta jkun jittratta, biex jinghata ezempju, minn kreditu li gej minn self ta' haga fungibblili ma tkunx flus. Is-self ta' flus jifforma oggett ta' l-ewwel applikazzjoni in ispecje, imma metas-self ikollu bhala oggett hwejjeg ohra fungibbli, jidhol fit-tieni applikazzjoni generali.

Fejn il-kreditu mhux ta' flus jew ma jkollux l-istess natura bhala flus, il-paragrafu (f) ta' l-artikolu 2156 mhux applikabbli. Hekk, per ezempju, il-kreditu naxxenti mill-actio pauliana ma jaqax taht il-preskrizzjoni kkontemplata f'dan il-paragrafu (f).

FTEHIM KOLLETTIV

Jidher li l-Qrati taghna dejjem qisu Ftehim Kollettiv bhala kuntratt legali u enforzabbli bhal kull kuntratt iehor.

NOVAZZJONI

In-novazzjoni hija mod ta' estinizzjoni tal-obbligazzjoni, liema istitutkien jezisti anke fid-dritt Ruman, u dan l-istitut illum jinsab inkorporat fl-artikolu 1179 et seqtal-Kodici Civili. Skond l-artikolu 1179(a) hemm novazzjoni "meta d-debitur jaghmel mal-kreditur tieghu dejn gdid, u dan jigi mqieghed flok il-qadim, illi jispicca". L-artikolu 1180(2) jzid li n-novazzjoni "mhix prezunta; l-intenzjoni li ssir ghandha tidher bic-car". L-artikolu 1181 isegwi li "ma hemmx novazzjoni jekk l-obbligazzjoni l-qadima ma tigix maqtula, ghalkemm tigi mbiddla".

Huwa veru li mhux mehtieg li l-'animus novandi' tkun espressa, u li tista' tkun anke tacita, pero', irid ikun hemm kontradizzjoni assoluta bejn il-fatt tal-partijiet u l-volonta' taghhom li jzommu fermal-obbligazzjoni originarja. Jekk imbaghad il-kunsens tad-debitur mhuwiex bil-fors mehtieg, huwa dejjem indispensabbli l-kunsens tal-kreditur u tal-espromittent. . U fil-kaz li l-elementi kollha majirrizultawx b'mod car u univoku, in-novazzjoni m'ghandhiex tigi prezunta".

Biex ikun hemm novazzjoni hemm bzonn li jkun hemm l-inkompatibilita' ta' l-ezistenza ta' zewg obbligazzjonijiet, u f'kaz ta' dubbju, in-novazzjoni ghandha tigi eskluza.

Ma hemmx novazzjoni jekk l-obbligazzjoniantika ma tigix maqtula, imma semplicement modifikata; ghalhiex, billi ssir xi modifikazzjoni fi ftehim, ma tavverax ruhha novazzjoni bejn il-partijiet, jekk ma kienx hemm l-intenzjoni li ssir obbligazzjoni gdida in sostituzzjoni ghall-antika, li tigi mill-partijiet imhassra. Mhux kull modifika, ghalhekk, iggib l-estinzjoni tal-obbligazzjoni, billi l-partijiet jistghu jzidu jew inaqqsu xi haga minghajr ma tigi annullata l-obbligazzjoni, bir-rizultat li tkun giet biss modifikata . In-novazzjonitrid tigi pruvata minn min jallegaha, u f'kaz ta' dubju ghandha tigi eskluza.

INTERPRETAZZJONI TA` KUNTRATT

Hu veru li, f'certi kazijiet, jekk ftehim hu vag, generali u minghajr kriterjighal holqien tieghu, il-Qorti ma tkunx tista "tohloq" ftehim hi kontra l-volonta' tal-partijiet pero', meta l-ftehim huwa car u jaghti kriterji stabbilit kif jista' jitpogga fis-sehh, jekk parti wahda tonqos milli taghmel il-parti taghha biex il-ftehim ikun jista' jigi determinat, il-Qorti, f'dawnic-cirkustanzi, ma tkunx qed timponi l-ghazla taghha l-partijiet, izda tkun qed twettaq hi stess dakli jkunu ftehmu fuqu l-partijiet.




Operational Programme 1
CONvErGE connected eGovernment


We use cookies to ensure that we give you the best experience on our website. If you continue without changing your settings, we'll assume that you are happy to receive all cookies. More Info