Reference: 592/1996/2

Judgement Details


Date
01/10/2004
Court
OF APPEAL (CIVIL, SUPERIOR)
Judiciary
DE GAETANO VINCENT, CAMILLERI JOSEPH D., FILLETTI JOSEPH A.
Parties
MUSCAT COSTANTINO PRO ET NOE vs MUSCAT NAZZARENO ET
ECLI
N/A
Judgement Type
FINAL JUDGEMENT

Keywords / Summary


Keywords
SPEJJEZ GUDIZZJARJI, SPARTIZZJONI TA` - SUCCESSJONI, DRITT TA` L-AKKREXXIMENT - TESTMENT, INTERPRETAZZJONI TA` - TESTMENT, QUOD VOLUIT TESTATOR
Summary
Fejn ma hemmx ambigwita` fil-kliem tat-testment, dak li jinghad fih hu proprju dak li ghandu jipprevali u jorbot. Dan ir-ragjonament hu konformi mal-principju baziku ta' l-ermenewtika li "ubi nulla ambigiutas verborum est faciende voluntas questio".

L-Artikolu 737 tal-Kap. 16 jiddisponi li,
"Bla hsara tad-disposizzjonijiet ta' l-Artikoli 745 u ta' l-Artikolu 866, meta zewg persuni jew izjed huma istitwiti jew imsejhin flimkien ghall-wirt jew ghal-legat, u xi wahda minnhom tmut qabel it-testatur, inkella ma tkunx kapaci li tircievi, jew tirrinunzja ghall-wirt jew ghal-legat, jew ma jkollhiex jedd ghalih billi ma tkunx grat il-kondizzjoni li tahtha kienet hekk istitwita jew imsejha,is-sehem ta' din il-persuna, bl-obbligi u l-pizijiet li jkun hemm mieghu, jizdied ma' dak tal-werrieta jew legatarja l-ohra."

Din il-kawza kienet tittratta dwar interpretazzjoni ta' disposizzjoni testamentarja li kienet tipprovdi ghal legat lil tliet persuni pro indiviso taht is-segwenti kondizzjonijiet:

"bid-dritt ta' l-akkrexximent bejn l-istess prelegatarji f'kaz ta' mewt jew ta'passagg ta' zwieg ta' xi wiehed minnhom qabel il-mewt ta' l-ahhar wiehed fost it-testaturi."

Il-Qorti qieset li d-dritt ta' l-akkrexximent li hemm imsemmi fid-disposizzjoni testamentarja kienisehh fil-kaz jekk xi hadd mill-legatarji kellu jmut qabel it-testaturi. Una volta li l-legatarji kienu jissopravvivu lit-testaturi l-akkrexximent kien jigi eskluz.

Ghalkemm proceduralment ir-regola normali hija dik li l-ispejjez gudizzjarji jithallsu mill-parti sokkombenti, hemm sitwazzjonijiet li jkunu tali li jissuggerixxu spartizzjoni ta' l-ispejjez jew addirittura jkunu jimmeritaw kapovolgiment ta' din ir-regola bil-parti vincitrici ikkundannata thallas l-ispejjez hi. Fi kliem iehor, il-Qorti ghandha dejjem id-diskrezzjoni finali li tiggudika hi dwar il-kap ta' l-ispejjez skond il-fattispecie u l-implikazzjonijiet legali ta' kull gudikat.




Operational Programme 1
CONvErGE connected eGovernment


We use cookies to ensure that we give you the best experience on our website. If you continue without changing your settings, we'll assume that you are happy to receive all cookies. More Info