eCourts
Civil Cases
Judgements
Insolvencies
Judicial Sales
Hall Usage
Services
Get Mobile Notifications
Pay Court Fines
Pay Court Registry Fees
Help
Chat
Malti
English
Log In
Home
Search Judgements
Details
Reference: 828/1988/1
Download
Judgement Details
Date
24/09/2004
Court
OF APPEAL (CIVIL, SUPERIOR)
Judiciary
DE GAETANO VINCENT, DEPASQUALE ANTON, MAGRI ALBERT J.
Parties
PACE CECIL PRO ET NOE vs BONELLO EMANUEL A. PRO ET NOE
ECLI
N/A
Judgement Type
FINAL JUDGEMENT
Linked Case
PACE CECIL PRO ET NOE vs BONELLO EMANUEL A. PRO ET NOE - 828/1988/1 - OF APPEAL (CIVIL, SUPERIOR), MALTA
Keywords / Summary
Keywords
CITAZZJONI, KORREZZJONI TA` - ZIEDA TA` PARTI FIL-KAWZA - INTERESS GURIDIKU, ELEMENTI TA` - INTERESS GURIDIKU, REKWIZIT ESSENZJALI TA` L-AZZJONI
Summary
L-Artikolu 175 tal-Kap. 12 jiddisponi li:
175. (1) Il-qorti tista', f'kull waqt tal-kawza, qabel is-sentenza, wara talba ta' wahda mill-partijiet, wara li tisma' meta jehtieg lill-partijiet, tordna s-sostituzzjoni ta' xi att jew tippermetti tibdil fl-iskritturi, sew billi fihom jizdied jew jitnehha l-isem ta' wahda mill-partijiet u jitqieghed iehor floku, jew billi jissewwa zball fl-isem tal-partijiet jew fil-kwalità li fiha jidhru, jew billi jissewwa kull zball iehor jew billi jiddahhluhwejjeg ohra ta' fatt jew ta' dritt ukoll permezz ta' nota separata, sakemm sostituzzjoni jew tibdilbhal dan ma jbiddilx fis-sustanza l-azzjoni jew l-eccezzjoni fuq il-meritu tal-kawza.
Minn qari akkurat ta' dan is-subartikolu jidher li meta l-legislatur introduca dan l-artikolu fil-Kodicita' Procedura l-intenzjoni kienet principalment li jghati kull possibilita` lill-Qorti li ssalva l-azzjoni li tkun giet proposta billi tawtorizza kull "korrezzjoni" li tkun mehtiega fl-att promotur biex b'hekk is-sentenza finali jkollha l-effett mehtieg bejn l-partijiet propju in kawza. Dan l-artikolu, pero` ma kienx intiz biex jippermetti li jiddahhlu fil-kawza partijiet godda oltre dawk li kienuintizi fil-proceduri kif originarjament intavolati. Dan jista` jsir biss permezz ta' l-istitut tal-kjamata in kawza jew bl-intervent in statu et terminis, li huma mezzi biex jizdiedu l-partijiet fil-kawza ghall-fini ta' l-integrita` tal-gudizzju. Jidher ukoll li s-sub-artikolu fuq citat mhux intizbiex jaghti 'mano libera' lill-gudikant jew lill-partijiet fir-rigward tal-korrezzjonijiet mitluba in kwantu huwa provdut li "sakemm sostituzzjoni jew tibdil bhal dan ma jbiddilx fis-sustanza l-azzjoni jew l-eccezzjoni fuq il-meritu tal-kawza." L-introduzzjoni ta' parti gdida fil-proceduri certament tmur kontra dan il-proviso billi.
Huwa risaput li sabiex persuna tirradika d-dritt li tistwitwixxi proceduri gudizzjarji kontra terz trid qabel xejn turi l-interess guridiku biex tistitwixxi dik l-azzjoni liema interess irid ikun dirett, legittimu u kif ukoll attwali u jrid johrog minn stat attwali ta' ksur ta' jedd, liema ksur ikun jikkonsisti f'kundizzjoni pozittiva jew negattiva li xxejjen jew tipprova ggib fix-xejn dritt li jappartjeni lid-detentur jew li lilu jkun misthoqq. Fl-assenza ta' dan r-rekwizit ma jistax jinghad li l-attur ikollu interess li jistitwixxi dik l-azzjoni ubhala konsewgenza l-konvenut ghandu jigi liberat mill-osservanza tal-gudizzju in kwantu jigi ritenut bhala mhux il-legittimu kontradittur.
Click here to search again.
We use cookies to ensure that we give you the best experience on our website. If you continue without changing your settings, we'll assume that you are happy to receive all cookies.
More Info
Got It