Reference: 47/2002/1

Judgement Details


Date
16/09/2004
Court
OF APPEAL (CIVIL, INFERIOR)
Judiciary
SCIBERRAS PHILIP
Parties
FARRUGIA JOSEPH (APPELLAT) vs ATTARD PETER PAUL (APPELLANT)
ECLI
N/A
Judgement Type
FINAL JUDGEMENT

Keywords / Summary


Keywords
KUNTRATT, CAUSA ILLECITA - KUNTRATT, CAUSA ILLECITA - EVAZJONI FISKALI - KUNTRATT, EVAZJONI FISKALI
Summary
Hu dottrinalment accettat illi l-"causa" tal-obbligazzjoni hi l-iskop persegwit mill-kontraenti. Skond it-teorija oggettiva din il-'causa' hi identifikata mal-funzjoni ekonomika-socjali tan-negozju intervenut bejn il-kontraenti. Hi ghalhekk diretta li tiehu qies tal-interessi kollha konkreti li l-operazzjoni, obbjettivament, hi mahsuba li tirrealizza. Jinkombi ghalhekk fuq il-gudikant li jidentifika d-dixxiplina regolatrici tan-negozju u jipprocedi ghall-valutazzjoni 'in concreto' tal-kawza,qua element essenzjali tan-negozju. Fi kliem iehor ghandu jiddetermina jekk il-'causa', oggett tal-valutazzjoni, tikkonformax ruhha mal-ligi, inter alia, l-licejeta` taghha.

Hawnhekk l-appellant qajjem eccezzjoni li l-kuntratt kien null billi l-attur appellat ma kienx zamm VAT fuq is-servizzminnu prestat u li ghalih kien qieghed ifittex kumpens.

Il-Qorti irriteniet li fih innifsu fin-negozju intervenut bejn il-kontendenti ma jidher li sar xejn bi skop li tigi aggirata l-ligi. Tutt'al piu` jista' jinghad li ma gietx ezatta l-VAT izda dan ma jaghmelx il-'causa' illegali. Il-frodi fiskali ma ggibx b'konsegwenza n-nullita` tan-negozju li bih tigi kommessa izda s-sanzjoni ghal tali frodi hija provduta mid-disposizzjonijiet fiskali.

Barra minn hekk, gie ritenut li jekk il-konvenut appellant kien jaf illi l-prezz kwotat lilu, u li hu accetta ma kienx jinkludi l-VAT u kien jaf ukoll li l-attur appellat ma kienx registrat mal-VAT Department, ma kienx gust li 'ex post facto' r-realizazzjoni tax-xoghlijiet jippretendi li ghandu jivvantaggja ruhu bit-turpitudini tieghu stess biex jirrezisti l-hlas minghandu reklamat. Id-disposizzjonijiet ta' l-artikoli 987 sa 991 tal-Kodici Civili ma humiex intizi biex jaghtu xi drittijiet lil min ikun konxjament u deliberatament ikkontratta obbligazzjoni b'causa illecita jew kontra l-ordni pubbliku imma kienu biss intizi bhala deterrent kontra l-ezekuzzjoni ta' tali obbligazzjoni.




Operational Programme 1
CONvErGE connected eGovernment


We use cookies to ensure that we give you the best experience on our website. If you continue without changing your settings, we'll assume that you are happy to receive all cookies. More Info