Summary
Taht l-iskorta tal-principju ewlieni tad-dritt assikurattiv dwar l-indennita' ("The Principle of Indemnity"), l-assikurat irid jitqieghed f'qaghda ekonomika li kien ikun fiha kieku l-periklu ma sehhx.B'mod partikolari, l-assikurat ma jistax jistaghna bis-sahha ta' polza ta' assikurazzjoni jew jaghmel qligh minnha, l-izjed fejn il-polza tkun wahda li tirregola l-gid tal-assikurat. Ghalhekk, l-ammont li l-assikurat jista' jippretendi li jithallas wara li jsehh l-incident huwa l-ammont ta' tnaqqis fil-prezz li l-haga ggib fis-suq bejn dak li kienet tiswa qabel l-incident u dak li sehh fl-incident;
Fil-qasam ta' assikurazzjoni minhabba qerda ta' haga bi hruq, huwa mehtieg li jintwera li l-haga assikurata qabdet u mhux biss li l-haga garrbet hsara minhabba s-shana eccessiva. Izda ladarba jintwera li l-hruq kien accidentali, allura, f'kaz bhal dak, il-hsara li ssehh b'nirien li jilhqu dik il-haga ghandha tkun koperta bil-polza ta' assikurazzjoni. Hsara li ssehh f'haga bi spluzjoni jew minhabba li tintlaqat minn sajjetta ma titqiesx bhala hsara bi hruq. Ghalkemm spluzjoni li ssehh b'rizultat ta' nirien, jew hruq li jigri wara spluzjoni jitqiesu bhala hsara minn hruq li polza ta' assikurazzjoni kontra l-hruq trid taghmel tajjeb ghaliha, ladarba kien hemm it-tkebbis tan-nirien;
Madankollu, f'dawn il-kazijiet, wiehed irid ihares lejn x'kienet il-kawza tal-hruq. Huwa mghallem li "it is not sufficient in order that an insured should recover for a loss, that the loss falls within the cover provided as a matter of construction or definition. He must also show that the loss was proximately caused by an insured peril. The proximate cause does not, however, meanthe last cause, but the effective or dominant or real cause. Working out what is the proximate cause in any situation is strictly a question of fact.....";
Fit-tiftix ghall-kawza tal-hsara mgarrba minn persuna assikurata, mhux dejjem ikun car jekk il-polza ta' assikurazzjoni kinitx ghadha torbot lill-istess assikurat. F'dak il-qasam tad-dritt assikurattiv li huwa maghruf bhala d-Duttrinatal-Prossimita', tapplika fuq kollox il-massima li in jure non remota causa sed proxima spectatur.Fi kliem iehor, biex wiehed iqis jekk hsara mgarrba minn persuna assikurata kinitx jew le mharsa b'polza ta' assikurazzjoni, wiehed ghandu jhares lejn x'kienet il-kawza immedjata li wasslet ghall-hsara mgarrba. Kif inghad b'awtorita' f'dan ir-rigward, il-prossimita' ma tissarrafx f'dak li sehh fl-ahhar qabel sehhet il-hsara, imma f'dak li kien tassew il-kawza tal-hsara. Il-kejl ta' qies hu li l-kawza tal-hsara mgarrba kienet "proximate in efficiency";
Jf ikun hemm cirkostanza fejn wiehed ma jistax jghid b'certezza jekk hsara mgarrba kinitx il-konsegwenza ta' aktar minn kawza wahda. Jista' jkun ukoll il-kaz fejn il-hsara tkun fil-fatt ir-rizultat ta' aktar minn kawza wahda li jsehhuflimkien u li mhux kollha huma kontingenzi mharsin mill-polza. Jigifieri, tista' ssehh hsara li tkun ikkawzata minn periklu kopert fil-polza ta' assikurazzjoni u wkoll minn riskju li jkun eskluz mill-polza ("excepted risk"). F'kaz bhal dan, il-fehma hi li "where the loss is caused by the actionof two concurrent and independent causes, one of which is the peril insured against and the other anexcepted cause, the loss is not within the policy, since it may be accurately described as caused by the excepted cause, and it is immaterial that it may be described in another way which would not bring it within the exception";
Fil-kaz ta' assikurazzjoni ta' vetturi bil-mutur, huwa principju generali f'kull polza li l-assikuratur ma jibqax responsabbli taht il-polza jekk kemm-il darba l-vettura ma tkunx tajba ghat-triq jew tkun inzammet f'kundizzjoni perikoluza meta jsehh l-incident.Din tista' tkun kemm eccezzjoni jew ukoll kundizzjoni fil-polza: meta tkun kundizzjoni, huwa meqjusli m'huwiex mehtieg li tintwera konnessjoni jew rabta bejn in-nuqqas min-naha tal-persuna assikuratau l-hsara mgarrba. Fil-kaz prezenti, kienet kundizzjoni. Hawn ta' min jghid li "unroadworthinessdoes not relate to just the mechanical condition of a vehicle, but can include any other relevant factors". F'dan id-dawl, karozza li kienet qeghda ggorr ghadd ta' passiggieri akbar minn dak konsentit titqies bhala "unroadworthy", ghalkemm kieku kienet qeghda ggorr ghadd ta' passiggieri kemm suppost kienet tkun "safe";
Hawnhekk l-attur kien habat bil-vettura tieghu li kienet koperta b'polza ta' l-assikurazzjoni mahruga mill-konvenuta "third party, fire and theft". Ezatt wara l-incidentu b'kagun ta' l-istess il-karozza qabdet in-nar u nqerdet. L-attur talab lill-Qorti li jigi rizarcittaht il-polza billi skond hu c-cirkostanzi ta' kif inqerdet il-karozza tieghu kienu jaqghu fil-parametri tal-polza.
Il-Qorti irritjeniet illi huwa accettat mill-partijiet li, mill-ghamla ta' polza li kienet tkopri l-karozza, l-attur ma kien ikollu l-ebda jedd ghal kumpens ghall-hsara li sehhet fil-karozza tieghu biss bhala rizultat tal-habta. Huwa fatt ukoll li, mal-habta, l-karozza misjuqa mill-attur garrbet tnaqqis fil-valur taghha, liema tnaqqis kellu jbatih kollu hu, ladarba l-polzakienet tkopri lil terzi. B'hekk il-kwistjoni ewlenija li kellga tigi mistharrga kienet jekk il-kawza prossima tat-telfa assikurata kinitx kawza mharsa taht il-polza.
Il-Qorti qieset li l-habta kienet il-kawza ewlenija ta' dak kollu li sehh. Taht l-ghamla ta' polza li kienet inharget dwar il-karozza tal-attur ("third part full fire and theft"), il-habta wahedha ma kinitx periklu assikurat.Ghall-kuntrarju, kienet "an excepted risk". Ma ntweriex li l-hruq tal-karozza kien imnissel minnkawza ohra li ssopraveniet il-kawza originali tal-habta. Dan kien piz ta' prova li l-attur ried igib 'il quddiem;