Reference: 1750/1999/1

Judgement Details


Date
28/07/2004
Court
CIVIL COURT, FIRST HALL
Judiciary
MICALLEF JOSEPH R.
Parties
TABONE PHILIP A NOE vs CONCRETE MIX LIMITED
ECLI
N/A
Judgement Type
FINAL JUDGEMENT

Keywords / Summary


Keywords
BEJGH, BL-IMNUT - BEJGH, BL-INGROSSA - CITAZZJONI, TIFSIRA CARA U SEWWA TAL-OGGETT U R-RAGUNI TAT-TALBA - PRESKRIZZJONI, KONT KURRENT - PRESKRIZZJONI, PRESKRIZZJONI KWINKWENNALI TAHT L-ARTIKOLU 2156 TAL-KAP. 16 TAPPLIKA GHAL KREDITI TA` FLUS BISS - PRESKRIZZJONI, PRESKRIZZJONI KWINKWENNALI TAHT L-ARTIKOLU 2156(F) TAL-KAP. 16
Summary
Il-ligi tippreskrivi, fost l-ohrajn, li c-Citazzjoni ghandu jkun fiha tifsir car u sewwa tal-oggettu r-raguni tat-talba. Dan ifisser ukoll li l-premessi ghat-talbiet ghandhom iwasslu lil min qieghedjaqra l-att biex jara rabta bejn dawk il-premessi u t-talbiet. Marbut ma' dan ir-rekwizit, hemm il-principju li l-parti mharrka trid tinghata l-fakolta' li tkun tista' tiddefendi kif jixraq lilha nnifisha mill-pretensjoni ta' min iharrikha;

Dwar l-element ta' kjarezza fl-Att tac-Citazzjoni, l-ligi ma tinsistix fuq formola preciza jew kliem partikolari, u sakemm it-talba tkun tista' tinftiehem, ma jimpurtax jekk il-kawzali tkunx imfissra b'mod xott jew sahansitra mifhuma jew implikata mit-talba nnifisha;

Inghad ukoll li fejn ma jkunx hemm kontradizzjoni ghall-ahhar bejn il-premessi u t-talbiet jew bejn it-talbiet innifishom, il-Qrati ghandhom iqisu b'cirkospezzjoni eccezzjoni ta' nullita' ta' att gudizzjarju. Biex att ta' Citazzjoni jghaddi mill-prova tal-validita' huwa bizzejjed li t-talba tkun imfassla b'mod tali li l-persuna mharrka tifhem l-intenzjoni ta' min harrikha u li tali tifsila ma tkunx ta' hsara ghall-imharrek li jiddefendi lilu nnifsu mit-talba tal-attur;

Hu necessarju illi jkun jirrizulta rapport ta' konnessjoni ragonevolment identifikabbli bejn il-premessi migjubin bhala l-kawza tat-talba u t-talba stess kif diretta kontra l-konvenut;

In-natura u l-indoli tal-azzjoni ghandhom jigu misluta mit-termini tal-att li bih ikunu nbdew il-proceduri. Normalment, b'dan wiehed jifhem li dak li kellu f'mohhu min ikun fetah il-kawza jkun iridjirrizulta mill-att tac-Citazzjoni innifsu u mhux minn provi li jitressqu izjed 'il quddiem fil-kawza, u ghalkemm id-dikjarazzjoni mahlufa hija mehtiega ad validitatem biex ic-Citazzjoni tkun tiswa, dak li jinghad fl-istess dikjarazzjoni ma jiswa qatt biex jirrimedja dak li jista' jkun nuqqas fl-Atttac-Citazzjoni, ghalkemm jista' jitfa' dawl fuq il-kawzali u jiccaraha. B'dan il-mod, jekk id-difett fit-tfassila tal-att li bih tkun inbdiet il-kawza ma jgibx pregudizzju serju lill-parti mharrka,allura l-procedura tkun tista' tigi salvata basta dan ma jaffettwax is-sustanza tal-azzjoni jew tal-eccezzjonijiet;

Ghall-finijiet tal-preskrizzjoni ta' tmintax-il xahar taht l-Artikolu 2148(b) tal-Kodici Civili biex wiehed jasal halli jiddetermina jekk bejgh sarx bl-imnut inkella bl-ingrossa wiehed ghandu jhares lejn il-bejgh partikolari u l-ghamla tieghu. Normalment, biex bejgh jitqies bl-imnut, irid jidher li tali bejgh kien wiehed maghmul lil konsumatur ghall-uzu personali tieghu, filwaqt li, tradizzjonalment, il-bejgh bl-imnut jingharaf minn bejgh bl-ingrossa billi f'dan tal-ahhar il-bejgh isir lil xerrej li jkun sejjer jaghmel negozju bi jew minn fuq il-haga mixtrija. Immadin m'hijiex regola inflessibbli, minhabba li grossista jista' jaghmel bejgh bl-imnut, ukoll fejn ix-xerrej ikun kummercjant iehor;

F'kaz fejn in-negozju bejn il-partijiet ma jkunx limitat ghal semplici operazzjoni ta' bejgh u xiri (kif isir f'bejgh bl-imnut) imma jkun hemm element ta' negozjati dwar il-kwalita' tal-haga mibjugha, dwar il-konsistenza taghha, dwar il-kapacita' taghha biex tilhaq l-ghanijiet tax-xerrej, u jkun hemm ukoll l-ghoti ta' pariri u stimi, wiehed jista' jghid li jkun hemm indoli ta' bejgh bl-ingrossa u mhux bl-imnut;

Ghar-rigward tal-preskrizzjoni taht l-Artikolu 2156(f) tal-Kodici Civili jinghad li din hija wahda minn dawk imsejhin "preskrizzjonijiet qosra". Ghalhekk, kif inhu mghallem f'dan il-qasam, preskrizzjoni bhal din hija eccezzjoni ghar-regola generali tal-preskrizzjoni ta' tletin sena ghall-azzjoni civili. Ghalhekk, preskrizzjoni bhal din ghandha tinghata tifsira dejqa. Issa jrid jinghad li ghalkemm il-kelma "kreditu" tfisser kull jedd in personam li jaqbel ma' kull obbligazzjoni ta' debitur, jidher li fil-qafas tal-artikolu 2156 tal-Kapitolu 16 tal-Ligijiet ta' Malta il-kelma "kreditu" msemmija fil-paragrafu (f) tieghu ghandha tigbor fiha biss jeddijiet li huma tal-istess bixra tal-jeddijiet imsemmija fil-paragrafi l-ohrajn tieghu. Ta' min jghid li c-cirkostanzi kollha mahsubin fl-artikolu 2156 huma obbligazzjonijiet ghall-hlas ta' flus u mhux obbligazzjonijiet di fare;

Illi peress li l-preskrizzjoni "residwali" mahsuba taht l-artikolu 2156(f) tal-Kap 16 hija suggetta ghall-interpretazzjoni eiusdem generis, alluradan igib mieghu l-effett li l-obbligazzjoni li kontra taghha titressaq eccezzjoni bhal din trid tkun wahda ghall-hlas ta' flus. Kemm hu hekk, inghad li din il-preskrizzjoni tapplika ghal zewg ordnita' krediti: jigifieri l-prestazzjonijiet accessorji jkunu liema jkunu, u whud mill-prestazzjonijietewlenin jew principali. Tal-ewwel jirrigwardaw dejjem oggett li jkun flus, filwaqt li tat-tieni jirrigwardaw flus jew haga fungibbli bhalma huma l-flus;

Il-preskrizzjoni f'kaz ta' azzjoni mibnija fuq kont kurrenti ma tibdiex tghaddi qabel ma l-kont jigi likwidat, ghalkemm jinghad ukoll li l-preskrizzjoni tapplika ghal kull partita ta' dejn minkejja li tkun taghmel parti minn servizz kontinwu. F'kull kaz, ukoll jekk kellu jitqies li l-arrangament bejn il-partijiet kien wiehed ta' kont kurrenti, iz-zmien ta' preskrizzjoni applikabbli huwa dak ta' hames snin;




Operational Programme 1
CONvErGE connected eGovernment


We use cookies to ensure that we give you the best experience on our website. If you continue without changing your settings, we'll assume that you are happy to receive all cookies. More Info