Reference: 1198/2000/1

Judgement Details


Date
28/07/2004
Court
CIVIL COURT, FIRST HALL
Judiciary
MICALLEF JOSEPH R.
Parties
PORTELLI GEORGE ET vs FELICE IVAN JOHN
ECLI
N/A
Judgement Type
FINAL JUDGEMENT

Keywords / Summary


Keywords
KUNSENS, VIZZJU MINHABBA QERQ
Summary
Il-ligi tghid li l-kunsens moghti bi zball jew mehud bi vjolenza jew b'ghamil doluz ma jkunx jiswa.Kuntratt maghmul minn xi parti b'kunsens hekk moghti ma jkunx jiswa lanqas, ghaliex il-kunsens huwawiehed mill-erba' htigiet ewlenin ta' kull kuntratt li jiswa. L-imharrek ifisser in-nuqqas ta' kunsens tajjeb tieghu billi jghid li ma kienx minnu li l-vann sata' jgorr sa disa' passiggieri imma biss sa seba' u ma kienx jixtrih li kieku kien jaf b'dan.

Biex il-qerq jolqot il-kunsens tal-parti f'kuntratt u jhassar is-siwi tal-istess kunsens, jehtieg li (a) jithaddmu mezzi jew atti qarrieqa; (b) li jkunu fihom infushom gravi (c) b'mod li jkunu determinanti ghan-negozju li jkun sar bejnil-partijiet, u (d), fuq kollox, li tali mezzi jew atti jkunu twettqu mill-parti l-ohra. Biex il-qerq ikun gravi, irid ikun tali li persuna ta' dehen ordinarju ma jaghrafx li jkun gie mqarraq u jkunghamil li jmur lil hinn minn ftahir ezagerat dwar xi kwalita' tal-oggett tan-negozju, u li kieku makienx ghal dak il-qerq, kieku ma kienx jidhol fin-negozju in kwestjoni. Fil-kaz tal-qerq, ghall-kuntrarju ta' dak li jigri fil-vjolenza (bhala kawza ta' nullita' tal-kunsens), is-sehem ta' terza persuna ma jkunx bizzejjed biex ixejjen is-siwi ta' kuntratt fejn il-kunsens ta' persuna jkun gie mehudb'qerq. Dan il-principju wkoll johrog mil-ligi;

Peress li l-ghamil doluz ma jistax ikun prezunt, fejn jigi allegat li l-kunsens ta' xi parti kien milqut minn vizzju, l-piz tal-prova ta' fatt bhal dan jaqa' fuq min iqanqal allegazzjoni bhal din.

Il-qerq ma jistax jigi allegat meta l-fatti setghu jigu stabiliti bla xkiel jew diffikulta' zejda mill-parti li tallega l-qerq, ghaliex f'kaz bhal dan ix-xilja ta' qerq ma tkunx ghajr skuza facli biex wiehed jahrab milli jwettaq ir-rabtietli jkun dahal ghalihom mal-persuna li allegatament uzat il-qerq. Fuq kollox, ghall-kuntrarju ta' dak li huwa mehtieg meta jigi allegat l-izball, fil-kaz tal-qerq l-effett tal-ghamil doluz ma hemmx bzonn li jaqa' fuq is-sustanza tal-oggett tan-negozju li jkun;




Operational Programme 1
CONvErGE connected eGovernment


We use cookies to ensure that we give you the best experience on our website. If you continue without changing your settings, we'll assume that you are happy to receive all cookies. More Info