Reference: 3/2001/1

Judgement Details


Date
14/07/2004
Court
OF APPEAL (CIVIL, INFERIOR)
Judiciary
SCIBERRAS PHILIP
Parties
ATTARD JOSEPH ET vs CINI EMANUEL
ECLI
N/A
Judgement Type
PARTIAL SENTENCE

Appealed Details


Appealed
Yes

Keywords / Summary


Keywords
LOKAZZJONI, RITRATTAZZJONI TA` SENTENZA TAL-BORD LI JIRREGOLA L-KERA - TERMINU GHALL-AZZJONI
Summary
Fil-kazijiet ordinarji tar-ritrattazzjoni kontemplati fil-Kodici ta' Procedura Civili (Kap 12) il-ligi permezz ta' l-Artikolu 818 tippreskrivi z-zmien statutorju ta' tliet xhur li fih tista' ssir it-talba ghar-ritrattazzjoni. L-istess ligi taghmel li dan it-terminu jibda jghaddi skond liema ragunitkun giet additata minn min ikun qed jippretendi s-smiegh mill-gdid a norma tal-Artikolu 811. Hekkjinghad illi t-terminu statwit ta' tliet xhur jibda jiddekorri:-

1. fil-kaz previst taht para(a) u (h), mill-jum li fih jinkixef il-qerq jew jinsab id-dokument;

2. fil-kaz stipulat tahtpara (b) mil-jum li l-attur ikun gie jaf bis-sentenza;

3. fil-kaz stabbilit taht para (j) mil-jum li fih tkun giet dikjarata l-falsita` b'sentenza moghtija wara;

4. f'kull kaz iehor, minn dak in-nhar tas-sentenza attakkata.

It-terminu msemmi huwa wiehed ta' dekadenza.

Dan ma jfisserx illi dawn l-istess disposizzjonijiet japplikaw 'mutatis mutandis' ghal kaz tas-smieghmill-gdid taht l-Artikolu 42 tal-Kap. 69. Il-Kap 69 huwa sieket kwantu ghaz-zmien ghall-proponimentta' kawza taht dak l-artikolu. In effetti kull ma jinghad f'dan il-kuntest jirrigwarda dak biss kontemplat fl-Artikolu 43 li jsegwih, jigifieri, li r-rikors ghas-smiegh mill-gdid ghandu jkun fih il-fatti li fuqhom hija bazata t-talba u ghandhom jithallsu mieghu d-drittijiet imsemmijin fl-Artikolu29 ossija dawk tar-registru skond l-Artikolu 39.

Minkejja dan in-nuqqas, dan ma jfissirx illikellhom jigu applikati n-normi generali tal-ligi procedurali, senjatament l-Art. 818 (1) tal-Kap 12anke ghal dan il-kaz partikolari. Il-ligi specjali dan ma tghidux. Ubi lex voluit, dixit.

L-anqas jista' jsir abbinament tad-dispost ta' l-Art 811 (j) ma' l-Art 42 ghall-iskop tad-dekorrimenttat-terminu. Fil-wiehed (Art 42) d-dritt tar-ritrattazzjoni hu limitat ghal kaz fejn id-dikjarazzjoni falza tkun maghmula mill-parti; taht l-Art 811 (j) hu estiz ghal kaz fejn il-provi jridu jigu dikjarati foloz. Taht l-ewwel ipotesi l-ezami tad-dikjarazzjoni falza tigi skrutinata mill-istess Bord fil-kaz tat-tieni huwa mehtieg li l-falsita` tkun tirrizulta minn sentenza "ad hoc".

Premessa din il-qaghda tinsorgi d-domanda jekk ghandux allura jfisser illi fil-kaz ta' talba ta' ritrattazzjoni taht l-Art 42 tal-Kap 69 l-parti hi libera li tressaq talba konsimili meta trid. Tali sitwazzjoni, jekk konsentita, jew accettata, certament tistultifika c-certezza tal-gudikat. Kif drabi ohra rilevat "l-effikacja guridika u socjali tal-gudikat tirrikjedi illi l-amministrazzjoni tal-gustizzja da parte tal-Qorti tal-pajjiz ma tigix imfixkla u intralcjata billi fi kwalunkwe zmien u bla ebda limiti l-parti li titlef kawza terga' tqajjem kwestjonijiet rigward taghha u terga' tiftaha".

Ic-certezza tal-gudikat kombinat maz-zmien rikjest biex il-parti tagixxi ha tirradrizza l-qaghdataghha konsegwenti ghad-decizjoni sfavorevoli ghaliha. Difficli li taccetta li l-ligi qeghda hemmbiex tippremja l-inazzjoni jew li thalli fl-arbitriju ta' dak li jkun l-ghazla taz-zmien biex jimpunja s-sentenza. Wiehed allura jistaqsi kemm irid jghaddi zmien biex jista' jitqies illi l-parti tkuntilfet il-jedd ta' azzjoni bhal din hawn kontemplata. Ir-risposta ghal dan il-kwezit ma tistax tinstab f'astrattizmi guridici jew teoriji li ma jikkonvincux, izda ghandha tinstab fl-adozzjoni ta' argomenti validi u sostenibbli.

Hu possibbli li tingibed inferenza mill-konsiderazzjoni illi gjaladarba, b'gustifikazzjoni estratt mill-Artikolu 20 tal-Kap 69, rigward setghat moghtija taht il-Kap 12 estendibbli lill-Bord, il-Bord tal-Kera hu rikonoxxut id-dritt li jokkupa ruhu mill-motivi additati ghar-ritrattazzjoni taht l-Art 811 tal-Kap 12. Ifisser allura illi ghandhom isibu, sa fejn applikabbli, anke ghal kaz ta' ritrattazzjoni prospettati taht l-Art 42 tal-Kap 69, certi normi ohra raffigurati taht l-istitut tar-ritrattazzjoni fil-Kap 12; kompriz allura l-Artikolu 818 tieghu rigwardanti t-terminu legali li fiha ghandha titressaq talba ghar-ritrattazzjoni. Espressament l-Art 42 dan ma jghidux u l-ebda provvediment iehor specifiku tal-Kap 69 ma jippreciza dan. B'danakollu, in omagg ghall-enuncjazzjoni tal-principju fuq accennat tas-sobrijeta` u c-certezza tal-gudikat il-Qortiirriteniet li ma kienx hemm raguni il-ghala l-Artikolu 818 ma kellux jigi konsiderat u applikat.

Naturalment dan kollu jehtieg li jigi nterpretat bil-bon sens u applikat fil-limiti gusti. Lihu zgur pero` hu l-fatt illi ma jistghax jigi ritenut validu l-applikazzjoni tas-subinciz (1) ta' l-Artikolu 818 li strettament jghodd biss ghal kazijiet enumerati fl-Artikolu 811. Pjuttost ghal kazhawn dibattut tista' ragonevolment tinghata applikazzjoni lill-emenda li ddahlet bl-Att XXIV ta' l-1995 u li, fis-subinciz (2) ghall-Artikolu 818, introduciet bhala mizura prekawzjonali, izda effettiva, illi "ma tista' tintalab f'ebda kaz ritrattazzjoni wara li jghaddu hames snin minn meta tkun inghatat l-ewwel sentenza".

Jekk jigi koncess illi dan il-provvediment jigi applikat ghal kaz taht konsiderazzjoni jkun ifisser allura illi z-zmien ta' hames snin ma kienx lahaq skorra. Il-Qorti irriteniet li fil-kaz in ezami it-terminu ta' hames snin ma kienx lahaq skorra u ghalhekk irrevokat is-sentenza tal-Bord.




Operational Programme 1
CONvErGE connected eGovernment


We use cookies to ensure that we give you the best experience on our website. If you continue without changing your settings, we'll assume that you are happy to receive all cookies. More Info