Reference: 509/2002/1

Judgement Details


Date
07/07/2004
Court
CIVIL COURT, FIRST HALL
Judiciary
MALLIA TONIO
Parties
SPITERI MARIO ET vs CACHIA ETIENNE
ECLI
N/A
Judgement Type
FINAL JUDGEMENT

Appealed Details


Appealed
Yes

Keywords / Summary


Keywords
AZJENDA KUMMERCJALI, ASSENJAZZJONI TA` - AZJENDA KUMMERCJALI, LOKAZZJONI TA` - LOKAZZJONI, AZJENDA KUMMERCJALI - LOKAZZJONI, BARE PREMISES - LOKAZZJONI, META L-INKWILIN TA` AZJENDA KUMMERCJALI JKUN BIDDEL XI ELEMENTI TAN-NEGOZJU - LOKAZZJONI, META L-INKWILIN TA` AZJENDA KUMMERCJALI JKUN KABBAR L-AVVJAMENT
Summary
Skond il-gurisprudenza, meta jigi allegat li fond inkera bhala "business concern", huma l-Qrati ordinarji li ghandhom il-kompetenza jiddeterminaw jekk, bhala fatt, il-kirja kienetx kif allegata jew kienetx ta' "bare premises", b'dan li jekk jirrizulta li, fil-fatt, il-kirja kienet ta' fond, allura l-Qrati ordinarji ma jibqalhomx kompetenza jiddeterminaw it-talba ghal zgumbrament.

Gie ritenut fil-gurisprudenza li ghalkemm il-kelma "goodwill" uzata fil-kuntratt lokatizju, tista' tindika lil-kirja kienet ta' "business concern", wiehed irid jezamina l-partijiet l-ohra tal-ftehim u jara x'kienet l-intenzjoni tal-partijiet.

Wiehed ghalhekk irid jara x'kien fl-intendiment tal-kontraenti l-oggett veru u sostanzjali tal-kuntratt, jekk hux, cioe', il-bini fih innifsu bhala lokal inkella principalment l-azjenda kummercjali bhala tali gestit fih. Dan ghalhiex "il-gurisprudenza li nehhiet mill-protezzjoni tal-ligi specjali certi lokazzjonijiet jew cessjonijiet ta' azjendi kummercjali m'ghandhiex tigi estiza, u anzi ghandha tigi ristretta ghal kazijiet genwini ta' veri azjendi kummercjali li naturalment maghhom ikun hemm l-accessorji taghhom. Gie kawtelat in subjecta materja illi "mhux kull meta ssir kirja ta' fond gia uzat bhala hanut, tal volta anke b'xi ghamara fih (per ez., xi bank jew vetrina) u b'xi licenzja tal-pulizija fuqu, ghandu bil-fors jinghad illi si tratta ta'twellija ta' azjenda kummercjal. Ghalkemm ma huwiex forsi facli li tinstab definizzjoni ta' x'inhuwa "avvjament" f'kuntest guridiku, b'riferenza ghall-gurisprudenza, b'dana kollu din il-Qorti jidhrilha illi l-kuncett kummercjali tal-kelma huwa facli, u ghandu jigu uzat id-distinzjoni li jaghmel kummercjant li hija bejn li jibda huwa negozju, f'hanut, f'fabbrika jew f'xi stabbiliment, u li huwa jkompli f'negozju ghaddej u miexi - jigifieri dak avvjat f'hanut, f'fabbrika jew f'stabbiliment. L-espressjoni ingliza, "a going concern" hija ndikattiva ta' l-istess kuncett. . Il-qofol huwa dejjem libiex tapplika l-ligi ordinarja, il-kirja trid tkun ta' negozju avvjat u mhux ta' hanut avvjat ghan-negozju li, pero', mhux avvjat fin-negozju. Il-fatt li n-negozju tkabbar jew inbiddlu x'mobbli, majiznaturax il-ftehim jew il-kirja originali.

Hanhekk, il-hanut, meta nkera, kien vojt mill-merkanzija, u l-kirja ma saretx ta' negozju avvjat, izda biss ta' hanut avvjat ghan-negozju. Ghalkemmil-fond kien, precedentement intuza bhala hanut tal-hwejjeg, qabel ma inkera tbattal minn kollox, ukwindi ma jistax jinghad li l-inkwilin baqa' jgawdi mill-klijentela li kellu dak il-hanut. Il-hsieb ma kienx li l-inkwilin ikompli fejn halla s-sid, billi jizufruwixxi minn negozju u l-klijentela lis-sid kien igawdi, izda li l-inkwilin jibda bil-gdid, bi kwalita' u tip ta' hwejjeg differenti u tieghu.

Kirja ta' avvjament ma tistax tigi kontemplata meta l-iskrittura ta' lokazzjoni titkellem fuq cessjoni, u dan fl-istess nifs meta qed titkellem kemm fuq l-avvjament kif ukoll fuq l-attrezzi; hekk kif l-attur biegh u ttrasferixxa l-attrezzi, hekk ghamel ukoll bl-avvjament, u dak, allura,li baqa' jzomm l-attur kien biss il-fond, bhala struttura.




Operational Programme 1
CONvErGE connected eGovernment


We use cookies to ensure that we give you the best experience on our website. If you continue without changing your settings, we'll assume that you are happy to receive all cookies. More Info