Reference: 177/2002/1

Judgement Details


Date
07/07/2004
Court
CIVIL COURT, FIRST HALL
Judiciary
MALLIA TONIO
Parties
DIRETTUR TA' L-ARTIJIET vs POLIDANO BROTHERS LIMITED
ECLI
N/A
Judgement Type
FINAL JUDGEMENT

Appealed Details


Appealed
Yes

Keywords / Summary


Keywords
ACTIO REI VINDICATORIA, GRAD TA` PROVA - TITOLU DERIVATTIV - ACTIO REI VINDICATORIA, META L-KONVENUT JALLEGA TITOLU - ACTIO REI VINDICATORIA, MHUX MEHTIEG LI JINTALAB IT-THASSIR TA` KUNTRATT TA` TRASFERIMENT FAVUR IL-KONVENUT - ACTIO REI VINDICATORIA, TITOLU DERIVATTIV - ACTIO REI VINDICATORIA, TITOLU ORIGINALI - ACTIO REI VINDICATORIA, USUCAPIO TIKKOSTITWIXXI TITOLU ORIGINALI
Summary
Sid rivendikant m'ghandux ghalfejn jitlob tabilfors dikjarazzjoni tan-nullita' tal-att aljenatarju li bis-sahha tieghu l-beni jkun gie f'idejn il-konvenut, sabiex isehhlu jirbah lura dak il-bini minghand l-istess konvenut.

Huwa veru li l-attur f'azzjoni rivendikatorja irid jipprova t-titolu tieghu, titolu li suppost ghandu jwassal ghall-wiehed originali, izda fid-dawl tad-diffikulta', jekkmhux impossibilita' (tant li tissejjah diabolica probatio) ta' din il-prova, il-gurisprudenza u l-awturi immitigaw din il-prova li tispetta lill-attur, u l-prova rikjesta ma baqghetx mehtiega li tkundaqshekk rigida, izda ghandha tkun imqabbla ma' dik tal-konvenut possessur.

L-usucapione huwa titolu originali u meta l-usucapione tkun bazata fuq titolu, bona fidi u trapass ta' 10 snin, dantaghti lill-akkwirent titolu li jorbot fuq kulhadd.

Fl-azzjoni rivendikatorja, il-piz tal-prova tal-proprjeta' jinkombi fuq l-attur. Imma ladarba dan jissodisfa dak il-piz billi juri t-titolutieghu, jkun jinkombi lill-konvenut li jikkontrapponi, permezz ta' provi cari, univoci u indubbi, it-titolu proprju.

Jekk l-istess citat jaghzel spontaneament li ghall-azzjoni attrici jecepixxidritt ta' proprjeta', huwa jkun qiehed implicitament jirrikonoxxi d-dominju jew titolu tal-attur, izda jkun qieghed jghid illi t-titolu tieghu huwa aktar validu u kwindi skond ir-regoli probatorji 'reus in excipiendo fit actor', din id-difiza timporta li l-konvenut jghaddi ghall-provi tat-titolu tieghu, u jekk ma jirnexxix fil-meritu, ikollha tipprevali l-massima 'melius est non habere titulum quam habere vitiosum'.

Meta l-konvenut f'azzjoni rivendikatorja ma jiddefendix ruhu bil-pussessimma billi jinvoka favur tieghu titolu fuq il-haga rivendikata ssir impellenti ghall-Qorti li tezamina t-titolu pretiz mill-konvenut. U jekk il-konvenut ma jirnexxilux jipprova t-titolu minnu allegat u jibqa' sokkombenti f'din il-prova, huwa prekluz milli jinvoka favur tieghu l-pussess.




Operational Programme 1
CONvErGE connected eGovernment


We use cookies to ensure that we give you the best experience on our website. If you continue without changing your settings, we'll assume that you are happy to receive all cookies. More Info