Reference: 165/2002/1

Judgement Details


Date
07/07/2004
Court
CIVIL COURT, FIRST HALL
Judiciary
MALLIA TONIO
Parties
SPITERI LORENZA ET vs DEBONO GEORGE ET
ECLI
N/A
Judgement Type
FINAL JUDGEMENT

Appealed Details


Appealed
Yes

Keywords / Summary


Keywords
KUNTRATT, INADEMPJENZA MINIMA
Summary
Din kienet kawza fejn l-atturi allegaw li l-konvenut b'alterazzjonijiet strutturali u bl-uzu li kienqieghed jaghmel minn zewg garages li originarjament kienu gejjin mill-poter ta' l-awtur ta' l-atturi kien kiser limitazzjoni dwar l-uzu ta' l-istess kontenuta fil-kuntratti ta' l-akkwist.

Il-Qorti qieset li mhux kull pretest, anke l-aktar wiehed minimali, ghandu jservi biex jitwaqghu kuntratti jew iservu ta' opportunita' lis-sid biex jirrexxendi ftehim meta fil-verita' ma tezistix dik is-serjeta' tali li kapaci torbot u tallacja kull nuqqas zghir u insinifikanti mal-fatt ta' l-inadempjenza.

Veru li l-kundizzjonijiet tal-kuntratt tal-akkwist iridu jigu rispettati, pero', dawn iridu jigu rispettati fis-sostanza taghhom, u jekk, fl-assjem, dawk il-kundizzjonijiet ikunu qed jigu rispettati, m'ghandux jinqala kaz fuq xi nuqqas li, bazikament, ma jnaqqas l-osservanza ta' dawk il-kundizzjonijiet.

Ghal dak li jirrigwarda l-bdil ta' destinazzjoni fil-fond il-Qorti ghamlet referenza ghall-gurisprudenza zviluppata fil-kaz ta' bdil ta' destinazzjoni ta' fondi mikrija.

Mhux bizzejjed kwalunkwe abbuz tal-haga mikrija, jew kwalunkwe tibdil ta' destinazzjoni tal-fond, biex jiggustiffika l-applikazzjoni ta' sanzjoni hekk gravi kontra l-inkwilin, imma jridu jirrikorru fatti u cirkustanzi ta' certa gravita' u importanza". Izda, ghalkemm hu minnu li uzu divers li jsir anke min parti biss min fond igib tibdil tad-destinazzjoni tieghu, dak li jrid jigi pruvat huwa "illil-inkwilin, fil-kors tal-kirja, biddel dik id-destinazzjoni billi beda juza l-fond ghal skop diversminn dak li ghalih kien miftiehem li kellu jintuza, dana fil-parti principali tieghu"

Intqalukoll f'kawza ohra, li l-uzu ta' kamra f'dar min fejn l-inkwilin kien jaghti privatijiet lil studenti bi hlas, ma biddilx id-destinazzjoni tad-dar li kienet u baqghet dar ta' abitazzjoni; lanqas l-uzu ta' xi kamra f'dar bhala mahzen ma jikkonverti dik id-dar f'hanut ghal fini ta' zgumbrament. Wiehed irid jikkunsidra l-bini shieh, u l-uzu ta' parti mill-bini ghal skop differenti minn dak intenzjonat, la darba, fil-parti principali tieghu, il-bini baqa' jservi l-iskop predestinat tieghu, ma jwassalx ghas-sanzjoni ta' ksur ta' kundizzjoni li tolqot l-uzu ta' dak il-bini.




Operational Programme 1
CONvErGE connected eGovernment


We use cookies to ensure that we give you the best experience on our website. If you continue without changing your settings, we'll assume that you are happy to receive all cookies. More Info