eCourts
Civil Cases
Judgements
Insolvencies
Judicial Sales
Hall Usage
Services
Get Mobile Notifications
Pay Court Fines
Pay Court Registry Fees
Help
Chat
Malti
English
Log In
Home
Search Judgements
Details
Reference: 1583/2001/1
Download
Judgement Details
Date
07/07/2004
Court
CIVIL COURT, FIRST HALL
Judiciary
MALLIA TONIO
Parties
FARRUGIA JOSEF vs TANTI THOMAS
ECLI
N/A
Judgement Type
FINAL JUDGEMENT
Linked Case
FARRUGIA JOSEF vs TANTI THOMAS - 1583/2001/1 - CIVIL COURT, FIRST HALL, MALTA
Keywords / Summary
Keywords
DANNI, LUCRUM CESSANS BAZAT FUQ IL-GROSS SALARY - DANNI, META D-DANNEGGJAT JIBQA` FL-ISTESS XOGHOL MINKEJJA D-DIZABILITA` LI JKUN SOFRA - DANNI, WEIGHTED AVERAGE FIL-KAZ TA` DIVERSI TIPI TA` DIZABILTA` - KOLLIZJONI, SKID RESPONSABILITA` GHAL - NEGLIGENZA TAS-SEWWIEQ - PROVA, EZIBIZZJONI FI PROCEDURI TA` NATURA CIVILI TA` SENTENZA MOGHTIJA FIL-KAMP KRIMINALI
Summary
Hu assodat fil-gurisprudenza taghna illi skid huwa fattur newtrali u la jfisser htija u lanqas in-nuqqas tieghu. Gie ritenut ukoll illi "skid wehidha mhijiex la prova ta' negligenza u lanqas skriminanti. Trid issir indagini jekk kienx hemm negligenza anticedenti jew kon-komitanti. Jekk din tirrizulta, allura hemm responsabbilita' non ostante l-iskid, jekk le l-iskid ikun imputabbli ghal inevitable accident".
Biex tirnexxi d-difiza ta' skid, jehtieg li l-imputat jipprova mhux biss l-iskid dovuta ghall-art tizloq, imma wkoll li l-iskidd saret bla ebda negligenza tieghu u li hu jkun hal-prekawzjonijiet kollha li ghandu jiehu sewwieq prudenti meta l-art tkun tizloq. Meta sewwieq jipprova mhux biss il-fatt ta' skid bhala tali imma jipprova wkoll li l-skid saret bla ebda htija tieghuizda accidentalment b'mod li l-vettura bla htija tieghu u accidentalment saret inkontrollabbli, allura hija eskluza n-negligenza li taghti lok ghar-responsabbilta' kriminali.
Huwa ben saput liskid tista' sservi ta' difiza jekk dina tkun subentaneja u mhux self inflicted, bhal per ezempju roqgha zejt f'nofs karreggjata fit-triq altrimenti nadifa, izda f'cirkostanzi fejn dina tista' tkun probabbli tenut kont il-kondizzjoni tat-triq, allura ma tibqax aktar difiza legittima jekk ma jigix pruvat li s-sewwieq uza d-diligenza kollha biex jevita' l-iskid.
Ma hemm xejn kuntrarju ghall-esebizzjoni f'kawza civili ta' kopja ta' sentenza moghtija mill-Qorti Kriminali fuq l-istess fatti; b'dan li l-gudizzju in sede penali jikkostitwixxi biss wahda mill-provi, ghalkemm hi prova importanti.
Meta wiehed jikkomputa d-dizabilita' totali din trid tigi konsiderata in relazzjoni mal-persuna fizika shiha minghajr ebda presunzjoni a priori li multiplicita' ta' feriti jigu komputati komplessivament, dan is-sistema ta' komputazzjoni huwa magruf bhala maghruf bhala "weighted average". Dak li jrid jigi stabbilit ma huwiex il-grad ta' inkapacita' f'sens purament mediku, izda l-effetti li l-hsara personali ghandha fuq il-qliegh tad-dannegjat.
Ghall-finijiet ta' lucrum cessans il-qorti ikkonkludiet li ma kellux isir tnaqqis mid-dhul annwali prospettat minhabba l-Income Tax u lanqas ta' PAYE jew ta' kontribuzzjonijiet tas-sigurta' nazzjonali.
Il-fatt li d-danneggjat ikun baqa' fl-istess xoghol li kellu qabel ma jippregudikax it-talba ghad-danni minhabba dizabilita` permanenti.
Click here to search again.
We use cookies to ensure that we give you the best experience on our website. If you continue without changing your settings, we'll assume that you are happy to receive all cookies.
More Info
Got It