Reference: 328/1995/2

Judgement Details


Date
07/07/2004
Court
CIVIL COURT, FIRST HALL
Judiciary
MALLIA TONIO
Parties
CARUANA RAYMOND NOE vs MINISTRU TAL-AMBJENT ET
ECLI
N/A
Judgement Type
FINAL JUDGEMENT

Keywords / Summary


Keywords
IMPJIEG, RESPONSABILITA` GHALL-AGIR KRIMINALI TA` IMPJEGAT - MANDAT, RESPONSABILITA` GHALL-AGIR KRIMINALI TAL-MANDATARJU - PROVA, EZIBIZZJONI FI PROCEDURI TA` NATURA CIVILI TA` SENTENZA MOGHTIJA FIL-KAMP KRIMINALI
Summary
Ma hemm xejn hazin li gudikant f'process civili jorbot decizjoni tieghu mal-provi migbura fi procediment kriminali, u fil-fatt jinghad ukoll li fil-ligi ma hemm xejn kuntrarju ghall-ezebizzjoni f'kawza civili ta' kopja ta' sentenza moghtija mill-Qorti Kriminali fuq l-istess fatti.

Ovvjament,minhabba l-indipendenza ta' l-azzjoni civili mill-azzjoni kriminali, il-gudizzju in sede penale jikkostitwixxi biss wahda mill-provi li l-Qorti Civili trid tiehu in konsiderazzjoni.

Meta impjegat jagixxi kriminalment u bi frodi, dak li jaghmel ma jistax jorbot lill-principal tieghu.

L-artikolu 1880(2) tal-Kodici Civili jghid li l-mandant "mhux obbligat ghal dak li l-mandatorju jkun ghamel barra mil-limiti ta' dawk is-setghat, hlief jekk hu jkun irratifika espressament jew tacitament dak l-eghmil".

Peress illi n-nullita' hija assoluta, u l-att huwa totalment inezistenti, il-mandant jista' jiddiskonoxxi dak l-att u l-anqas jagixxi bl-azzjoni tan-nullita', ammenokke' bhal dan il-kaz, ma jkollux interess illi l-mandatarju jkun kundannat ghall-effetti tan-nullita', u f'danil-kaz l-azzjoni tan-nullita' hija diretta mhux biex il-Qorti tiddikjara illi dak il-bejgh jigi annullat, imma biex tiddikjara, ossija tikkonstata, illi dak l-att huwa totalment inezistenti u null difronti ghall-mandant ab initio, u qatt ma ezista. U ghalhekk ma jistax jezisti qatt di fronti ghall-kontraent l-iehor, anki jekk dan kien in buona fede ghaliex quod nullum est, nullum producit effectum.




Operational Programme 1
CONvErGE connected eGovernment


We use cookies to ensure that we give you the best experience on our website. If you continue without changing your settings, we'll assume that you are happy to receive all cookies. More Info