Summary
Bhala principji generali jista' jinghad li min ihaddem huwa obbligat li jipprovdi post tax-xoghol lima jkunx ta' periklu u riskji ghas-sahha tal-haddiema u huwa obbligu ta' min ihaddem biex jipprovdikundizzjonijiet li jassiguraw is-sahha tal-haddiema fuq il-post tax-xoghol tieghu l-employer ghandujinzamm responsabbli meta ma jiehux hsieb li jipprovdi ambjent li jassikura s-sahha tal-haddiem. Min ihaddem ghandu l-obbligu u d-dmir li jipprovdi sorveljanza adegwata sabiex l-ambjent tax-xoghol ma jkunx konducenti ghal kwalunkwe forma ta' incident li jippregudika lill-impjegati tieghu. Dawn huma l-principji generali li jirregolaw l-obbligu ta' min ihaddem biex jipprovdi ghas-sahha u s-sigurta' tal-haddiema tieghu, u ghalkemm huma principji li gew enuncjati f'kaz ta' haddiema li jwegghu fuqil-lant tax-xoghol minn oggetti inominati, bhala magna, vettura jew fork lifter, huma principji generali li jitfghu obbligu fuq min ihaddem biex jipproteggi lill-haddiema anke minn att ta' terz, bhal, per ezempju, azzjoni ta' xi haddiem iehor jew ta' xi terza persuna li jkollha access ghal fuq il-post tax-xoghol. Hu obbligu ta' min ihaddem li jassigura li l-haddiema tieghu mhux biss ma jwegghuxminn xi magna, izda lanqas b'agir ta' xi persuna irresponsabbli li takkwista access ghal post tax-xoghol. Ovvjament, min ihaddem mhux tenut li jipprevedi incident li jsehh b'forza maggura jew kaz fortwietu.
Minn naha l-ohra, il-kaz fortuwitu, il-forza maggura u l-istat ta' necessita' ma jehilsux mir-responsabilita' jekk ikunu preceduti minn htija ta' min ikkaguna d-danni.
Meta l-generu tan-negozju gestit f'hanut ikun jehtieg kuntatt dirett u personali mal-klient, min ihaddem majistax jippreveni kontra l-ewwel assalt jew daqqa min klient fuq l-impjegat tieghu, izda ghandu jipprovdi l-opportunita' lill-impjegat jevita aggressjoni akbar billi, jekk ikun possibbli, jahrab minntaht idejn l-aggressur; min ihaddem ghandu jipprovdi jew bieb fuq wara min fejn l-impjegati jkunu jistghu jaharbu jew kamra li tista tinghalaq u tkun secure kontra xi vjolenza jew agressjoni li jistghu jaddoperaw xi klienti.
Oltre klienti aggressivi, min ihaddem ghandu jipprevedi li, xi darbajew ohra, jista' jkun vittma ta' xi attentat ta' serq jew hsara fuq il-hanut tieghu, u dan, specjalment, jekk dak il-hanut ikun ha isem li jkollu prodotti tajba u, kwindi, klientela tajba u regolari.Nies li ma jkollhomx intenzjonijiet tajba, malajr jisimghu b'dawn ic-cirkustanzi, u ghandu jkun prevedibbli li dawn in-nies jitfghu ghajnejhom fuq dawn il-hwienet.
Il-hanut in kwistjoni ma kienx ilu li nfetah pero', b'chef taljan li kien gia ghamel isem hawn Malta, malajr ha l-fama li kelluprodotti genwini. In-negozju kien jidher li kien sejjer tajjeb, u sid il-hanut kellu jistenna li,xi darba jew ohra, seta' jkun il-mira ta' hallelin. Huwa kellu, allura, bhala bonus paterfamilias,jiehu certi mizuri ta' sigurta' u jahseb ghall-inkolumita' tal-haddiema tieghu.
Ovvjament,meta qed tigi trattata s-sahha tal-haddiem, iridu jittiehdu in konsiderazzjoni fatturi ohra, u ghalkemm haddiem ma jistghax "jinghalaq" go safe, mizuri ta' sigurta' ohra iridu jittiehdu. Dawl adegwatfuq barra, bieb li jinfetah u jinghalaq minn gewwa, sistema ta' alarm facilment accessibbli ghall-impjegati, u bieb li jinghalaq li jaghti ghall-parti ta' wara tal-hanut u li jkun vicin l-impjegati, huma ftit mill-mizuri bazici li sid ta' stabbiliment ghandu jiehu fl-interess tan-negozju tieghu u l-haddiema.
F'dan il-kaz la kien hemm dawl adegwat barra, la sistema ta' alarm, u min jisgiccaghal wara tal-hanut, isib ruhu fi gnien imdawwar b'hitan b'mod li ma jistax jahrab l-aggressur tieghu indefinitivament. Ovvjament, dawn il-mizuri m'humiex garanzija li att ta' aggressjoni ma ssehhx xorta wahda, izda hu maghruf u pruvat li fejn aggressur ghandu ghazla bejn "an easy job" u attentat li jkun fih possibilita' ta' komplikazzjoni, huwa jaghzel tal-ewwel.
Kif inhu risaput, biex ikun hemm responsabilita', trid tirrizulta nexus ta' kawza u effett bejn l-att u l-dannu u fil-fehma ta' din il-Qorti, din giet ippruvata ghax bil-fatt li ma ittiehdet ebda mizura' ta' sigurta', zdiedetil-possibilita' ta' att ta' aggressjoni, u, fuq kollox, ghamlita kwazi impossibli ghall-haddiema lijaharbu l-aggressjoni.
Jekk il-konvenut ma setax sejjah lil dan it-terz fil-kawza ghax ma jafux, m'hu ebda tort ta' l-atturi u, fil-fehma tal-Qorti, jekk xi hadd ghandu jbati minn dan il-fatt,jidher wisq aktar gust li jbati l-konvenut li kellu zgur parti mill-htija, milli l-atturi li qed jitolbu r-riparazzjoni ghat-telf soffert minnhom.
Ghalhekk, il-Qorti sabet li s-socjeta' konvenuta kellha tinstab responsabbli mill-mewt tal-awtur tal-atturi, u dan peress li kienet negligenti uin kolpa meta ma hadetx mizuri ta' sigurta' biex tissalvagwardia l-inkolumita' tal-impjegati taghha,ommissjoni din li, fuq bazi ta' probabilita', ikkontribwit mhux ftit ghall-akkadut.
Fil-fissazzjoni tal-multiplier, wiehed m'ghandux, min naha l-ohra, jadotta il-"maximum working life expectancy", izda wiehed irid jiehu in konsiderazzjoni c-"chances and changes of life".
Ghar-rigwardtal-lump sum payment, dan m'ghandux awtomatikament jitnaqqas skond kemm iddum il-kawza: "jekk id-danneggant ma jkollux htija fid-dewmien tal-kawza, m'ghandux ikun hemm tnaqqis fil-lump sum deduction".