Referenza: 12/1998

Dettalji tas-Sentenza


Data
08/07/2004
Qorti
OF CRIMINAL APPEAL (SUPERIOR)
Ġudikatura
DE GAETANO VINCENT, FILLETTI JOSEPH A., SCICLUNA DAVID
Partijiet
IR-REPUBBLIKA TA' MALTA vs SALVATORE SIVE SALVU GAUCI
ECLI
N/A
Judgement Type
FINAL JUDGEMENT
Kawża Llinkjata
N/A

Kliem Ewlieni / Fil-Qosor


Kliem Ewlieni
GURI, REFERENZA GHALL-KONDOTTA PRECEDENTI TA` L-AKKUZAT - OMICIDJU VOLONTARJU, ELEMENT FORMALI - OMICIDJU VOLONTARJU, ELEMENTI TA` - REAT, KON-KAWZA
Fil-Qosor
Meta ssir referenza ghall-kondotta ta' l-akkuzat (hawnhekk saret referenza ghall-fatt li l-akkuzat kien diehel u hiereg il-habs) huwa l-Imhallef li jippresjedi l-guri li ghandu jiddetermina jekk ixoljix il-guri jew le.

Minkejja li gie ritenut meta l-gurija tkun thalliet tisma' xhieda dwar kundanna precedenti ta' l-akkuzat ikun ferm difficli ghall-gurija li tinjora tali xhieda, dan ma jfissirx li necessarjament il-guri jkun irid jinhall. Id-decizjoni ta' l-Imhallef tiddependi fuq ic-cirkostanzi partikolari tal-kaz u l-Qorti ta' l-Appell bhala regola ma tindahalx fl-uzu tad-diskrezzjoni tal-gudikant ta' l-ewwel istanza.

Kull decizjoni tiddependi fuq il-fatti partikolari tal-kaz utiddependi fuq in-natura tal-prova, ic-cirkostanzi li fihom tkun saret tali prova u ta' dak li jkunl-ahjar li jsir fic-cirkostanzi. Gie ritenut li l-fatt li d-difiza stess kienet responsabbli ghall-produzzjoni tal-provi lamentati; u li l-grad ta' pregudizzju ghall-akkuzat ikun gie minimizzat mill-indirizz ta' l-Imhallef lill-gurija kienu jimmilitaw kontra x-xoljiment tal-gurija.

Meta tigi prodotta prova pregudizzjevoli ghall-akkuzat id-difiza ghandha toggezzjona u titlob li jinhall il-guri. Jekk ma jsirx hekk, appell bazat proprju fuq dik il-kwistjoni normalment ma jigix akkolt minkejja li c-cirkostanzi jkunu tali li t-talba ghax-xoljiment kienet tintlaqa' kieku saret mal-ewwel.

Bhala regola l-Qorti ma tirrimpjazzax il-gudizzju tal-gurati bil-gudizzju li kieku hi (cioe` l-Qorti) kienet tasal ghalih fuq dawk l-istess fatti, basta li tkun sodisfatta li l-gurati (1) gew "properly directed" u li (2) l-konkluzjoni milhuqa minnhom kienet wahda mhux biss legali izda wkoll ragjonevoli fid-dawl tac-cirkostanzi kollha tal-kaz.

Ir-reat ta' omicidju volontarju huwa kompost mis-segwenti elementi: (1) jew l-akkuzat ra l-mewt bhala konsegwenza ta' ghemilu u ried dik il-mewt tal-vittma, jew (2) li huwa ra l-mewt bhala konsegwenza probabbli ta' ghemilu u ghalkemm ma riedxil-mewt huwa xorta wahda ghamel dak l-att jew dawk l-atti li kien jaf li probabbilment kien jew kienu ser jikkawzaw dik il-mewt. Fl-assenza ta' xi wahda jew ohra ta' dawn iz-zewg forom ta' intenzjoni,il-gurati kellhom jikkonkludu li l-akkuzat ried biss iwegga' lill-vittma; u peress li mbaghad huwaghandu jwiegeb ghall-konsegwenzi kollha ta' dik l-offiza, allura huwa ghandu jwiegeb ghar-reat ta' offiza gravi segwita bil-mewt.

Biex wiehed jara x'kienet l-intenzjoni, wiehed irid jara x'kienu l-fatti - l-att materjali li sar - kif ukoll ic-cirkostanzi li fih sehh dak l-att materjali. Wiehed irid jara x'arma intuzat, kif intuzat, 'il fejn giet indirizzata jew gew indirizzati d-daqqa jew id-daqqiet b'dik l-arma, x'diskors intqal sew qabel, waqt, kif ukoll wara li nghatat id-daqqa jew linghataw id-daqqiet.

Hawnhekk il-Qorti ta' l-Appell qieset li l-ewwel Qorti ma kienetx precizafl-indirizz taghha lill-gurati meta ghamlet referenza ghal-"presunzjoni" jew "principju" illi "kulhadd irid il-konsegwenzi naturali ta' l-ghemil tieghu" fil-kuntest ta' jekk fil-kaz de quo kienx hemml-animus necandi jew l-animus nocendi, billi dan il-"principju" kien jisposta l-ezami tal-intenzjoni tal-appellant, allura akkuzat, minn dak li huwa verament kellu l-intenzjoni li jaghmel ghal dak liex post facto jirrizulta li sehh.

In oltre l-Qorti ta' l-Appell irrifjutat il-principju, akkolt mill-ewwel qorti, li tolqot fejn tolqot fil-gisem tal-bniedem dejjem hemm il-possibilita` li tolqot xi vina jew arterja importanti u li johrog id-demm, u li allura jekk wiehed imut minhabba f'hekk, ikun hemm l-intenzjoni omicida (possibilment indiretta), l-ewwel qorti kienet prattikament qed teskludi l-offiza gravi segwita bil-mewt meta din l-offiza tkun wahda li ggib xi forma ta' emoragija.

Ghalkemm huwa veru li wiehed irid jiddesumi l-intenzjoni ta' dak li jkun kemm mill-att materjali kif ukoll mic-cirkostanzi antecedenti, konkomitanti u sussegwenti ghall-istess att materjali, l-intenzjoni dejjem tibqa' kwistjoni soggettiva - jigifieri x'kellu f'mohhu l-agent (l-akkuzat) fil-mument li ghamel l-att - u mhux semplicement kwistjoni oggettiva ta' x'missu anticipa jew x'kienet tanticipa l-persuna ta' intelligenza ordinarja.

Kazijiet ta' "supervening accidental contributorycauses" huma, per ezempju, n-negligenza tat-tabib fil-kura tal-vittma, jew applikazzjonijiet zbaljati ghall-ferita, jew nuqqas ta' osservanza, da parti tal-vittma, tal-istruzzjonijiet tat-tabib. F'dawn il-kazijiet kollha ghandna fatt posittiv, indipendenti mill-att ta' l-akkuzat, li jizdied mal-ferita u jipproduci effetti li l-ferita wahedha ma setghetx tipproduci. Huwa differenti l-kaz fejn il-ferita tikkankra ruhha, jew inksella jsehh avvelenament septiku, jew inkella l-ferita ssir gravi minhabba konsegwenzi naturali taghha. Ghalhekk persuna li tkun wasslet lill-vittma ghal xi periklu gdidta' offiza fil-persuna tista' ragjonevolment titqies responsabbli jekk xi att estraneu li ma kienx intrinsikament impossibbli ibiddel il-periklu f'certezza.




Programm Operattiv 1
CONvErGE connected eGovernment


Dan is-sit jagħmel użu mill-cookies biex jiggarantilek l-aħjar esperjenza. Jekk ma tbiddilx is-settings tiegħek, nifhmu li qed taċċetta l-użu tal-cookies b’mod awtomatiku. Iktar Informazzjoni