Reference: 66/1989/1

Judgement Details


Date
30/06/2004
Court
CIVIL COURT, FIRST HALL
Judiciary
SCIBERRAS PHILIP
Parties
BALZAN IMQAREB NARDU vs DIRETTUR TAR-REGISTRU PUBBLIKU
ECLI
N/A
Judgement Type
FINAL JUDGEMENT

Keywords / Summary


Keywords
ATT TAT-TWELID, TISWIJA FIR-REGISTRAZZJONI TAL-KUNJOM
Summary
L-isem tal-persuna f' ghajn il-ligi huwa ta' importanza vitali u ta' esigenza pubblicistika kemm bhala mezz ta' identifikazzjoni personali kemm bhala element distintiv tas-singola persuna fis-socjeta`. In kwantu tali l-isem hu soggett tad-dritt tutelabbli mil-ligi;

Dan l-isem jikkonsisti mill-prenom u mill-kunjom. Fil-lingwagg komuni l-prenom hu maghdud bhala l-'isem proprju' tal-persunalilha moghtija fil-mument tat-twelid mill-genituri u membri familjari ohra. Minn naha l-ohra l-akkwist tal-kunjom jindika l-appartenenza tal-persuna ma' grupp familjari specifiku li jsehh bhala konsegwenza legali tar-rapport ta' filjazzjoni. Dan jirrizulta markatament minn dak preskritt fis-subinciz (3) ta' l-Artikolu 4 tal-Kodici Civili li, a propozitu, jistipula illi "ulied iz-zwieg jiehdu kunjom missierhom, li warajh jistghu jzidu kunjom xbubit ommhom". Naturalment, fiz-zmien li fih twieled l-attur l-ulied kienu jassumu l-kunjom tal-missier in forza ta' regola li, ghalkemm mhux miktuba,kienet b' danakollu implicita fis-sistema u f' certi disposizzjonijiet tal-Kodici Civili meta kien ivigi r-regim tal-patria potesta`. Dan kien, u hu hekk, il-kaz fejn jidhlu tfal legittimi in kwantufil-kaz ta' ulied naturali normalment, sakemm ma kienx ikun hemm rikonoxximent mill-missier, dawn jiehdu kunjom xbubit ommhom;

Iz-zewg dokumenti ewlenin li solitament jaghtu fidi kemm lill-isemu l-kunjom tal-persuna huma r-registri parrokkjali tal-fidi battezimali in kwantu anke dawn jaghmluprova legali tal-kontenut taghhom sa prova kuntrarja, u l-Att tat-Twelid ta' l-Istat. U allura sakemm dak li jkun ma jezercitax b' success azzjoni ghall-korrezzjoni ta' l-att tat-twelid tieghu, hu b' dak l-isem u b' dak il-kunjom kontenut f' dawn l-atti li l-persuna tibqa' maghrufa ghal finijiet ueffetti kollha tal-ligi;

In linea ta' principju huwa komunement accettat illi l-isem u l-kunjom li bihom persuna hi konoxxuta skond il-precitati atti ma jistghux jigu modifikati, hlief meta xort' ohra provvdut mil-ligi nnifisha. Dawn il-modifiki, meta konsentiti espressament mil-ligi, humaprevisti f' dawk ic-cirkostanzi korrelatati maggorment ma' rapport familjari. Hekk per ezempju fil-kaz ta' zwieg fejn hu konoxxut lil mara li tiehu kunjom zewgha jew li zzid dan il-kunjom ma' kunjomxbubitha (Artikolu 4 (1) u (2) tal-Kodici Civili);

Fil-kaz ta' l-atti tat-twelid il-ligi tipprovdi ghal sitwazzjonijiet fejn il-kunjom jista' jinbidel. B' ezemplari nsibu l-Artikolu 110 (1) tal-Kapitolu 16 li jghid li "tifel legittimat b' digriet tal-qorti jiehu l-kunjom tal-genitur li fuq talba tieghu jkun gie legittimat". Hekk ukoll fil-kaz ta' tifel illegittimu li jkun gie maghruf mill-missier bhala ibnu (Artikolu 92) jew fil-kaz ta' adozzjoni fejn skond l-Artikolu 124 il-persuna adottata tiehu l-kunjom ta' l-adottant. Similment il-kunjom jista' jigi modifikat jew imhassar minn kif jidher fl-att tat-twelid b' konsegwenza ta' dikjarazzjoni gudizzjarja f' azzjoni ta' diskonoxximent jew de negata paternita`;

Ma jidhirx illi fl-istat tal-ligi Maltija dak li jkun jista' bis-semplici volonta` tieghu jippretendi li jista' jibdel kunjomu jew jezigi rettifika f' dan is-sens anke jekk ghalih ikun jissarraf bhala xi sinjal distintiv ta' l-identita` tieghu.

Id-dritt ghar-rettifika ma jistax jigi akkwistat b'xi forma ta' usucapio ossia bl-uzu ghal medda ta' zmien ta' kunjom differenti minn dak registrat ufficjalment.




Operational Programme 1
CONvErGE connected eGovernment


We use cookies to ensure that we give you the best experience on our website. If you continue without changing your settings, we'll assume that you are happy to receive all cookies. More Info