Referenza: 93/2000/1

Dettalji tas-Sentenza


Data
06/07/2001
Qorti
OF CRIMINAL APPEAL (INFERIOR)
Ġudikatura
VELLA PATRICK
Partijiet
IL-PULIZIJA vs BARBARA NAZZARENO
ECLI
N/A
Judgement Type
NOT AVAILABLE

Kliem Ewlieni / Fil-Qosor


Kliem Ewlieni
MANTENIMENT, VALIDITA` TAD-DIGRIET TAS-SEKOND AWLA
Fil-Qosor
L-Artikolu 533 tal-Kap. 12 li jipprefiggi terminu ta' sitt xhur ghall-validita' ta' digriet ta' awtorizzazzjoni jew permess tas-Sekond Awla, japplika biss ghal kazijiet ta' awtorizzazzjoni jew permessghal xi konvenzjoni jew rinunzja, u mhux ukoll ghal digrieti sabiex wiehed jipprocedi fil-kontenzjuz ghas-separazzjoni personali. F'digriet bhal dan jista' jkun hemm ordni ghall-hlas ta' mantenimentkif ukoll ordni ghall-kura w kustodja tat-tfal u ghall-access ghalihom ghal dik il-parti li ma tkunxgiet fdata bil-kura w kustodja. Ghalhekk, isegwi li l-fatt li jkunu ghaddew is-sitt xhur u ma jkunux inbdew il-proceduri fil-kontenzjuz, ma jfissirx li dak id-digriet u dawk l-ordnijiet awtomatikament jiskadu. Dawk l-ordnijiet jibqghu validi sakemm ma jigux espressament revokati jew altrimenti mibdula jew mill-istess Sekond Awla jew mill-Prim Awla.

It-terminu ta'sitt xhur m'ghandux x'jaqsam mal-validita' tad-digriet jew ta' l-ordni ghall-hlas tal-manteniment. Dan it-terminu, li johrog mill-Artikolu 480 (4) tal-Kap. 12, jirreferi ghall-esegwibilita' ta' dak id-digriet bil-mezz ta' xi att esekuttiv imsemmi fl-Artikolu 273 tal-Kap. 12. Il-fatt li dak id-digriet ma jibqax hekk esegwibbli bil-mezz ta' xi wiehed minn dawn l-atti ma jfissirx li dak id-digriet u l-ordni ghall-hlas tal-manteniment fih kontenut ikun skada ghall-finijiet ta' l-Artikolu 338 (z) tal-Kodici Kriminali.




Programm Operattiv 1
CONvErGE connected eGovernment


Dan is-sit jagħmel użu mill-cookies biex jiggarantilek l-aħjar esperjenza. Jekk ma tbiddilx is-settings tiegħek, nifhmu li qed taċċetta l-użu tal-cookies b’mod awtomatiku. Iktar Informazzjoni