Reference: 128/1998/1

Judgement Details


Date
23/06/2004
Court
OF APPEAL (CIVIL, INFERIOR)
Judiciary
SCIBERRAS PHILIP
Parties
FALZON ALFRED ET NOE vs SCERRI KARMENU ET
ECLI
N/A
Judgement Type
FINAL JUDGEMENT

Keywords / Summary


Keywords
LOKAZZJONI, GUSTIFIKAZZJONI GHAL MOROZITA` FIL-HLAS TAL-KERA - LOKAZZJONI, META L-INKWILIN JISTA` JZOMM IL-KERA - LOKAZZJONI, MOROZITA` FIL-HLAS TAL-KERA
Summary
F'materja fejn il-ligi trid tissalvagwardja d-dritt tas-sid ghall-hlas tal-kera li hu wiehed mill-obbligi principali ta' l-inkwilin, is-sanzjoni ultima tal-izgumbrament hi naturalment mehtiega u ghandha tigi applikata, imma dan biss f'dawk il-kazijiet fejn il-ligi strettament timponiha. Id-dicituratal-ligi ghandha tigi allura applikata imma l-interpretazzjoni li ghandha tinghata ghandha tkun restrittiva, anke jekk korretta. Dan ghaliex is-sanzjoni ta' l-izgombru ma hijiex mahsuba fil-ligi bhala xi vantagg li jista' jakkwista s-sid bhala konsegwenza tan-non pagament tal-kera fit-terminu stabbilit, imma bhala deterrent biex l-inkwilin jadempixxi l-obbligu tieghu li jhallas il-kera. Hu ghalhekk li l-gurisprudenza hi konkordi li ma timponix is-sanzjoni tal-izgumbrament f'dawk il-kazijiet fejn id-dispost tal-ligi ma jkunx gie osservat bi precizjoni jew fejn ic-cirkostanzi jkunu tali li l-inkwilin ikun legalment gustifikat fl-inosservanza ta' l-obbligi kontrattwali tieghu.

L-Artikolu 1541 tal-Kodici Civili jiddisponi li:

1541. (1) Jekk sid il-kera, wara li jigi msejjah b'att gudizzjarju, ma jaghmilx it-tiswijiet li ghalihom hu obbligat, il-kerrej jista' jitlob, b'citazzjoni, li jigi awtorizzat li jaghmel dawk it-tiswijiet bi spejjez ta' sid il-kera, taht dawk il-kondizzjonijiet illi l-qorti jkun jidhrilha xierqa fic-cirkostanzi.

(2) Il-kerrej ghandu jedd li jzomm il-kera maghluq jew dak li jkun ghad irid jaghlaq, biex jithallas lura ta' dawk l-ispejjez, blahsara tal-jeddijiet tieghu ghal kull somma akbar, jekk l-ammont ta' dawk l-ispejjez ikun izjed minndak il-kera.

Jispetta lis-sid li jipprova b'mod definit u bla dubbju ragjonevoli mhux biss li jkun ghamel interpellazzjonijiet skond il-ligi u li dawn ikunu waslu ghand l-inkwilin imma wkoll li l-inkwilin ikun baqa' inadempjenti.

Huwa pacifiku illi biex kerrej ikollu jedd jipprevalixxi ruhu mid-dispost tal-Artikolu 1541 tal-Kodici Civili u allura li jzomm il-kera maghluq dan hu obbligat isegwi l-procedura dettata minn dan id-dispost tal-ligi. Li jfisser allura illi "jekk il-konduttur ikun segwa din il-procedura huwa jkollu dritt izomm il-kera biex jithallas tal-ispejjez li jkunghamel; u barra minn dan, il-lokatur ikun tenut ghad-danni li jkun sofra l-konduttur minhabba n-nuqqas jew id-dewmien tal-lokatur fl-ezekuzzjoni ta' dawk ir-riparazzjonijiet.

Dan stabbilit, jirrizulta f'dan il-kaz li l-inkwilini appellanti pprocedew kontra sid wiehed biss tal-fond u ghalkemmis-sentenza taghmel stat kontra dan is-sid wiehed ma tistax tippregudika lis-sid l-iehor li ma kienx parti fil-proceduri.

Il-ligi tirreferi expressis ghall-ispejjez tat-tiswijiet. Li jfisserallura illi l-intitolar ghad-dritt taz-zamma tal-kera kellu se mai jilhaq il-livell ta' din is-somma, u mhux ukoll tal-istess somma raggruppata mal-ispejjez tal-kawza.

L-inkwilin ma jistax jippretendi li jzomm il-kera biex jithallas jew jikkompensa kreditu minnu pretiz kontra l-lokatur, jekkma jkunux wiehed mill-kazi li fihom il-ligi tippermetti lill-inkwilin li jzomm il-kera, jew jekk il-kreditu tieghu ma jkunx likwidu. Jekk il-konduttur jinsisti fir-rifjut tieghu li jhallas il-kera minhabba dik il-pretensjoni tieghu, huwa jinkorri fil-morozita` kontemplata mil-ligi biex huwa jiddekadi mil-lokazzjoni.




Operational Programme 1
CONvErGE connected eGovernment


We use cookies to ensure that we give you the best experience on our website. If you continue without changing your settings, we'll assume that you are happy to receive all cookies. More Info