Reference: 63/2001/1

Judgement Details


Date
23/06/2004
Court
OF APPEAL (CIVIL, INFERIOR)
Judiciary
SCIBERRAS PHILIP
Parties
CASSAR NICHOLAS ET vs CASSAR JOHN
ECLI
N/A
Judgement Type
FINAL JUDGEMENT

Keywords / Summary


Keywords
LOKAZZJONI, MA TISTAX TINTALAB IR-RIPREZA TA` PARTI MILL-FOND MIKRI - LOKAZZJONI, NON USO - ELEMENTI TA` - LOKAZZJONI, NON USO - HLAS TA` LICENZJI - LOKAZZJONI, NON USO FIL-KAZ TA` HANUT - TNAQQIS TA` ATTIVITA` KUMMERCJALI
Summary
Hu principju notorju, pacifiku fil-gurisprudenza taghna, illi non-uzu ghal zmien hu parifikat ghal tibdil fid-destinazzjoni. Jinsab precizat ukoll illi l-fatt li l-lokaturi baqghu jircievu l-kera lanqas ma jaghmel differenza "ghax bit-tul taz-zmien l-inosservanza tal-kerrej taggrava ruhha dejjem izjed".

Cirkostanza konsimili tintitola lis-sid lokatur jirriprendi l-pussess lura tal-fond. Dan mhux biss ghar-raguni illi z-zamma ta' hanut maghluq iggib id-deprezzament tieghu, jew ghax b'hekkil-kerrej tieghu qed jaghmillu reklam hazin, daqskemm tal-fatt illi l-eghluq ta' hanut titraduci ruhha fi ksur tal-obbligazzjonijiet tal-kiri. Dan japplika kemm fil-kaz ta' hanut veru u proprju kifukoll fil-kaz ta' store in kwantu, kif saput, il-ligi ma tikkontemplax bhala mahzen protett minnha bhala hanut kwalunkwe fond fejn wiehed jerfa' xi affarijiet, ikunu x'ikunu, imma fond fejn jinhaznu oggetti jew merkanzija konnessi man-negozju.

Fil-kaz in ezami il-fond ma baqax attivat kif kien qabel ghall-bejgh u spacc minnu ta' apparat tal-Hi-Fi, imma inzamm maghluq ghal zmien apprezzevolment twil, u sar semplici mahzen servjenti ghall-effetti personali u merkanzija li ma nbieghetx. Allavolja l-appellant kellu l-fakolta` juza l-fond bhala 'store' hu presuppost li dan kellu jservi bhal tali ghal hazna ta' hwejjeg attinenti ghan-negozju. Negozju li jimporta attivita` kummercjali anke jekk fuq skala ridotta u f'dan il-kaz, kif konfessat mill-istess appellant, dan in-negozju kien ghal kollox intemm. Li jfisser allura li ma jistghax jinghad li l-fond adebit bhala store kien komplimentari ghal xi negozju meta dan ma jezistix. F'tali cirkostanzi l-appellant ma jistghax jircievi l-protezzjoni li ligi specjali takkorda lil store skond it-tifsira legali li tinghata mill-Kap 69 lill-klema "hanut".

Il-hlas tal-licenzja ut sic la tipprova l-uzu u lanqas in-non uzu tal-fond.

Jekk hemm lok ghar-ripreza ta' pussess tal-fond ir-ripreza trid ghalhekk tkun tal-fond kollu,jekk ma jkunx hemm ftehim xort'ohra bejn il-partijiet. Dan ghaliex "il-ligi ma taghtix lill-Bord il-fakolta` li jaqsam fond bejn sid il-kera u l-inkwilin". B'mod aktar dirett ghall-fattezzi tal-kazfejn il-lokazzjoni tkun wahda ghaz-zewg fondi flimkien allura hu legalment korrett li jinghad li s-sid ma jistghax jiehu lura wiehed minnhom.




Operational Programme 1
CONvErGE connected eGovernment


We use cookies to ensure that we give you the best experience on our website. If you continue without changing your settings, we'll assume that you are happy to receive all cookies. More Info