Reference: 514/2002/1

Judgement Details


Date
23/06/2004
Court
OF APPEAL (CIVIL, INFERIOR)
Judiciary
SCIBERRAS PHILIP
Parties
ATLAS INSURANCE AGENCY LTD. NOE vs GOLLCHER COMPANY LIMITED NOE
ECLI
N/A
Judgement Type
FINAL JUDGEMENT

Keywords / Summary


Keywords
POLZA TA` KARIKU, FRAZI DICE ESSERE - POLZA TA` KARIKU, FRAZI SAID TO CONTAIN - POLZA TA` KARIKU, SHIPPER STOW, LOAD AND COUNT - POLZA TA` KARIKU, VALUR PROBATORJU TA` - TRASPORT MARITTIMU, TLIET FAZIJIET TAT-TRASPORT
Summary
Kif pacifikament akkolt, fil-kamp marittimu u l-ligijiet li jirregolaw it-trasport ta' merce minn destinazzjoni ghall-ohra jikomprendi, di solitu, tliet fazijiet distinti. Jigifieri l-fazi anterjurighat-taghbija tal-merce abbord il-vapur, il-fazi relattiva ghat-trasport bil-bahar, u l-fazi posterjuri ghall-iskarikazzjoni tal-merce minn fuq il-vapur. Dawn it-tliet fazijiet huma sew regolati bil-Konvenzjoni ta' Brussels, 1924, ahjar maghrufa bhala l-Hague Rules, kodifikati fil-ligi taghna fil-Kap 140: Att dwar il-Garr ta' Merkanzija bil-Bahar. Mal-precitati fazijiet huma abbinati disposizzjonijiet partikolari tal-Konvenzjoni msemmija. Hekk per ezempju mal-ewwel u t-tielet fazi huwa espressament koncepit d-dispost ta' l-Artikolu 7 li jikkontempla li l-partijiet kontraenti jistghu jidhlufi ftehim jew jimponu kondizzjonijiet, rizervi, ezenzjonijiet "as to the responsibility and liability of the carrier of the ship for the loss or damage to, in connection with, the custody and care andhandling of goods prior to loading on, and subsequent to, the discharge from the ship on which thegoods are carried by sea". Kwantu ghal fazi tat-trasport proprju bil-bahar jsib applikabilita` dakdettat fl-Artikolu 3 tal-istess Hague Rules, inter alia, li "the carrier shall properly and carefully load, handle, stow, carry, keep, care for, and discharge the goods carried" (subsection 2).

Affermati dawn il-preliminari, l-prova tat-taghbija fuq il-vapur hi kostitwita mill-polza tal-kariku. Dan kif ahjar precizat fl-Artikolu 325 tal-Kodici tal-Kummerc (Kap 13) li a propozitu jiddisponili "l-polza tal-karigu taghmel prova bejn il-partijiet kollha nteressati fit-taghbija, kif ukoll bejniethom u l-assiguratur, bla hsara ta' prova kuntrarja".

Bhala norma dawn il-poloz jikkontjenu t-termini u l-kondizzjonijiet li jghoddu ghall-garr partikolari. Il-polza in kwestjoni mhiex nieqsa minnhom u tevidenzja, bl-inseriment fiha ta' klawsoli specifici, l-modalitajiet regolanti t-trasport. Huwa bil-wisq naturali illi mill-kontenut u l-portata ta' dawn il-klawsoli jiddependi l-oneruprobatorju li jispetta lill-partijiet. Dan anke ghaliex dawn l-istess klawsoli jikkrejaw minn natura taghhom certi presunzjonijiet kostitwenti regoli ta' prova. Li jfisser allura illi f'materji ta'marine cargo claims id-distribuzzjoni tal-oneru tal-provi hi fir-realta` aktar komplessa minn dik tal-materji ordinarji ohrajn, civili jew kummercjali.

B'illustrazzjoni, kif regolarment insibu fil-maggor parti tal-poloz, meta insibu l-klawsola stampata "shipped in good order and condition",ghandu jigi prezunt li l-merkanzija giet ricevuta fuq il-vapur f'kundizzjoni tajba billi l-kaptan huwa responsabbli ghad-danni fil-merkanzija karikata fuq il-aput u allura hu mistenni li l-merkanzijatigi skarikata fl-istess kondizzjoni tajba. Naturalment din il-presunzjoni hi wahda "juris tantum"u tammetti l-prova kuntrarja li f'kaz bhal dan hi nkombenti fuq il-vapur.

Il-klawsola Issa "said ta' contain" fuq polza ta' kariku topera a favur il-kaptan sakemm ma ssirx prova kontrarja li l-kwantita` tal-merkanzija konsenjata kienet prezumibilment l-istess li giet karikata fuq il-vapur.

Dan japplika wkoll fil-kaz tal-klawsola l-ohra "shipper stow, load and count" li maghha ghandha rabta.

Huwa desumibbli mis-suespost illi l-piz tal-prova tal-kwantita` jew tal-piz tal-merce hu mixhut fuq l-ispedizzjonier jew ir-ricevitur taghha. Dan isib riskontru fil-logika illi gjaladarba l-vettural ma immiskjax ruhu fl-istivagg tal-merce fil-containers, il-prova tal-kwantita` ma tinkombix fuqu. Huwa rceva taht il-kontroll u kustodja tieghu containers maghluqa u ssigillati. U allura l-prova tal-kwantita` jew irjus tal-merce tispetta lill-ispedizzjonier jew lir-ricevitur u mhuxlit-trasportatur.

In effetti, l-klawsoli in diskussjoni hekk vinkolanti fuq il-partijiet huma intizi biex joffru protezzjoni lill-vettural. Dan ghar-raguni li hu ma jkunx involva ruhu fl-operazzjoni tal-istivagg tal-merce fil-container.

Minn dan jitnissel b'egwal raguni illi l-ispedizzjonier jew ir-ricevitur iridu jfornu prova tal-kwalita`, stat u kondizzjoni tal-merkanzija meta din giet hekk stivata fil-containers. Mhux bizzejjed allura li r-ricevitur jiddemostra x'kien l-istattal-merce fil-mument tar-recezzjoni taghha meta din ghaddiet fil-pussess tieghu izda jrid juri sodisfacentement illi dan l-istess stat ma jikkorrispondiex ghall-istat fil-mument tal-istivagg fil-containers. Dan ghaliex huwa proprju hu li jkun qed jallega u jattribwixxi htija fil-vapur u allura jehtieglu li jipprova fatti kostitwenti l-kawza tat-telf jew tad-dannu f'rapport man-negligenza attribwita minnu lill-vapur. Huwa biss meta jirnexxielu jaghmel dan illi l-piz tal-prova jisposta ruhu fuq il-vapur biex dan jiddemostra, b'konvinzjoni, illi t-telf jew dannu ma kienx dovut ghan-negligenzatieghu, anke, per ezempju, billi juri li d-dannu hu l-effett tal-vizzju fil-haga jew minhabba forzamagguri jew ghal xi raguni ohra fost dawk annoverati taht Art 4 tal-Hague Rules ghall-fini ta' ezoneru mir-responsabilita`. Stabbilita xi wahda minn dawk ir-ragunijiet l-oneru jerga` jghaddi fuq ir-ricevitur.

Minn naha l-ohra jekk il-prova tal-kondizzjoni nterna tal-merce u tal-istat taghha, tinkombi fuq ir-ricevitur, il-vapur hu gravat bil-prova li juri li l-containers minnu ricevuti inhattu fl-istess kondizzjoni li fiha tghabbew.




Programm Operattiv 1
CONvErGE connected eGovernment


We use cookies to ensure that we give you the best experience on our website. If you continue without changing your settings, we'll assume that you are happy to receive all cookies. More Info