Reference: 1118/1995/2

Judgement Details


Date
09/06/2004
Court
CIVIL COURT, FIRST HALL
Judiciary
SCIBERRAS PHILIP
Parties
CACHIA PAULINE vs AQUILINA JOSEPH NOE
ECLI
N/A
Judgement Type
FINAL JUDGEMENT

Keywords / Summary


Keywords
PRESKRIZZJONI, PRESKRIZZJONI KWINKWENNALI TAHT L-ARTIKOLU 2156(F) TAL-KAP. 16 - PRESKRIZZJONI, RINUNZJA GHAL
Summary
L-Artikolu 2156 tal-Kodici Civili fis-Subinciz (f) tieghu jipprovdi li jaqghu bi preskrizzjoni bl-gheluq ta' hames snin "l-azzjonijiet ghall-hlas ta' kull kreditu iehor li gej minn operazzjonijiet kummercjali jew minn hwejjeg ohra meta l-kreditu ma jkunx jaqa' skond din il-ligi jew ligijiet ohra, taht preskrizzjoni aqsar jew ma jkunx jirrizulta minn att pubbliku."

L-azzjoni naxxenti minn skrittura privata hija milquta mill-preskrizzjoni kwinkwennali sakemm ma tkunx soggetta ghal preskrizzjoni aqsar u din ma ma tkunx giet interrotta.

Jekk bniedem ikun jaf bi stat ta' fatt li jkunjintitolah jezercita dritt u jhalli dak l-istat ta' fatt jipprogredixxi minghajr ma jagixxi ghad-dritt, u fil-frattemp iz-zmien ghal tali azzjoni ikun ghadda, jigi, fic-cirkostanzi kongruwi, li hu jkun irrinunzja ghall-prosegwiment ta' dak id-dritt.

Ir-rinunzja ghall-preskrizzjoni ma tigix prezunta izda trid tigi provata b'mod konkluziv u jekk tali rinunzja tkun tacita irid jinsorgi fatt car u evidenti li jkun jinkludi fih l-intenzjoni tar-rinunzja u li ma jkunx jippresta ruhu ghal xi interpretazzjoni ohra jew li jqajjem xi dubju dwar l-intenzjoni tar-rinunzjant.




Operational Programme 1
CONvErGE connected eGovernment


We use cookies to ensure that we give you the best experience on our website. If you continue without changing your settings, we'll assume that you are happy to receive all cookies. More Info