Referenza: 1168/1989/1

Dettalji tas-Sentenza


Data
08/06/2004
Qorti
OF APPEAL (CIVIL, SUPERIOR)
Ġudikatura
DE GAETANO VINCENT, DEPASQUALE ANTON, MAGRI ALBERT J.
Partijiet
PACE VICTOR vs AZZOPARDI JOE
ECLI
N/A
Judgement Type
FINAL JUDGEMENT

Kliem Ewlieni / Fil-Qosor


Kliem Ewlieni
LIBELL, FAIR COMMENT - LIBELL, FAIR COMMENT - ESTENSJONI TA' L-ECCEZZJONI A VANTAGG TAL-KONVENUTI KOLLHA
Fil-Qosor
Biex id-difiza ta' "fair comment" tregi hu mehtieg, inter alia, li l-fatt jew fatti li dwaru jew dwarhom ikun sar il-kumment ikun jew ikunu sostanzjalment fatt jew fatti vera.

Id-"difiza" tal-"fair comment" dejjem kienet intiza sabiex tissalvagwardja dritt li hu importanti daqs dak li individwu jipprotegi r-reputazzjoni tajba tieghu, u cioe` id-dritt tal-espressjoni hielsa.

Aktar recentement, bl-enfazi fuq id-drittijiet fondamentali tal-bniedem u specjalment fid-dawl tal-gurisprudenza tal-Qorti Ewropea tad-Drittijiet tal-Bniedem, il-margini jew latitudini koncessa lill-istampa, ub'mod partikolari lill-gurnalisti fil-qadi tad-doveri taghhom, twessghet u l-qrati saru aktar konxji mill-htiega li jzommu bilanc gust bejn il-liberta` ta' l-istampa li tinforma dwar fatti u li titrasmetti l-ideat (inkluzi kummenti u kritika) minn naha, u d-dritt tac-cittadin li jkollu r-reputazzjoni tajba tieghu imharsa min-naha l-ohra. U dan l-aktar meta l-opinjoni espressa jew il-kritika (ankexi minn daqqiet harxa) tkun diretta lejn persuni pubblici, bhal, per ezempju nies fil-politika . Dan ma jfissirx, pero`, kif hemm min beda jahseb, li allura kollox jista' jinkiteb b'impunita`.

Fil-kamp tal-libelli l-eccezzjoni tal-fair comment jekk tirnexxi, necessarjament testendi ghall-konvenuti l-ohra kollha, cioe` anke fil-konfront ta' dawk li ma jkunux eccepewha. In fatti huwa inkoncepibbli li l-istess stampat jitqies li huwa mhux censurabbli in kwantu inkiteb mill-artikolista pero`censurabbli in kwantu pubblikat mill-editur tal-gazzetta jew stampat mill-istampatur.




Programm Operattiv 1
CONvErGE connected eGovernment


Dan is-sit jagħmel użu mill-cookies biex jiggarantilek l-aħjar esperjenza. Jekk ma tbiddilx is-settings tiegħek, nifhmu li qed taċċetta l-użu tal-cookies b’mod awtomatiku. Iktar Informazzjoni