Referenza: 42/2002

Dettalji tas-Sentenza


Data
26/05/2004
Qorti
OF APPEAL (CIVIL, INFERIOR)
Ġudikatura
PACE RAYMOND C.
Partijiet
VELLA MARTIN vs KUMMISSJONI GHALL-IZVILUPP
ECLI
N/A
Judgement Type
FINAL JUDGEMENT

Kliem Ewlieni / Fil-Qosor


Kliem Ewlieni
BORD TAL-APPELL DWAR L-IPPJANAR, INTERESS MEHTIEG SABIEX ISIR APPELL MINN TERZI INTERESSATI - BORD TAL-APPELL DWAR L-IPPJANAR, META TERZI INTERESSATI JISTGHU JAPPELLAW QUDDIEM IL-BORD
Fil-Qosor
L-interess rikjest f'appell minn terz interessat sabiex jaghmel appell quddiem il-Bord ta' l-Appelldwar l-Ippjanar, bhal dak odjern m'huwiex l-istess interess guridiku rikjest fil-kawzi civili.

L-appell quddiem l-istess Bord ta' l-Appell dwar l-Ippjanar mhux appell quddiem Qorti kostitwita ai termini tal-Kostituzzjoni ta' Malta, li titratta dwar kwistjonijiet ta' natura civili u determinazzjoni ta' drittijiet civili, izda appell quddiem tribunal ta' kompetenza amministrattiva u kwazi gudizzjarji, li jiddeciedi kwistjoni ta' zvilupp, bla ebda riferenza ghal dawk li jistghu ikunu d-drittijiet civili tal-partijiet jew persuni ohra, proprju ghaliex ma hijiex kompetenza ta' l-istess Tribunal li jiddeciedi tali kwsitjonijiet ta' natura civili, inkluzi kwistjonijiet dwar drittijiet fuq proprjeta' u servituijiet, ghalkemm din il-Qorti ma' tistax teskludi a priori li tali drittijiet vantanti jistghu jkunu relevanti ghad-determinazzjoni ta' kwsitjoni ta' zvilupp quddiem l-istess Bord ta'l-Appell dwar l-Ippjanar.

Il-punt jekk il-permess li nhareg favur l-appellati Bord hux se jaffettwa lill-appellant b'tali mod li l-faccata ta' l-uniku residenza tieghu ser tigi mblokkata hijakwistjoni ta' natura ta' zvilupp li certament taghti nteress lill-terz li jaghmel l-istess appell abbazi ta' l-artikolu citat tal-Kap 356. Dan huwa fil-fatt ghall kollox indipendenti mill- kwistjoni tad-dritt o meno ta' l-access kif pretiz mill-appellant, vantazzjoni li hija oltre l-komptenza ta' l-istess Bord ta' l-Appell dwar l-Ippjanar.

L-interess rikjest abbazi tad-dispozizzjonijiet ta'l-artikolu 15 (1) tal-Kap. 356 certament li ma hemmx bzonn jkunu la guridici u lanqas hemm bzonn li jkollhom ir-rekwiziti kollha stabbliti u llum kkonfermati fil-kuntest ta' nteress guridiku. Dak lihuwa mehtieg biss huwa li jkun hemm terza persuna interessata li taghmel sottomissjonijiet fuq konsiderazzjonijiet ta' ppjanar u xejn izjed. Din il-Qorti thoss ukoll, li apparti dak li inghad iktar 'il fuq, konsiderazzjonijiet ta' natura civili mhux necessarjament jeskludu konsiderazzjonijiet ta' ppjanar, b'dan ukoll li konsiderazzjonijiet civili jistghu jimplikaw u wkoll jikkontjenu konsiderazzjonijiet ta' ppjanar, b'dan li l-istess Bord ta' l-Appell dwar l-Ippjanar jkun jista' jiehu konjizzjoni ta' l-istess biss fil-kuntest ta' zvilupp, filwaqt li kull konsiderazzjoni ta' natura civili ut sic tibqa' mpregudikata li tigi deciza mill-Qrati kompetenti.




Programm Operattiv 1
CONvErGE connected eGovernment


Dan is-sit jagħmel użu mill-cookies biex jiggarantilek l-aħjar esperjenza. Jekk ma tbiddilx is-settings tiegħek, nifhmu li qed taċċetta l-użu tal-cookies b’mod awtomatiku. Iktar Informazzjoni