Reference: 2846/1997/1

Judgement Details


Date
24/04/2001
Court
CIVIL COURT, FIRST HALL
Judiciary
PACE RAYMOND C.
Parties
AGIUS MARIO ET vs PULO DORIS
ECLI
N/A
Judgement Type
NOT AVAILABLE

Keywords / Summary


Keywords
ACTIO CAMBIARIA, ECCEZZJONIJIET AMMISSIBBLI - ACTIO CAMBIARIA, KONTRO-TALBA - KONTRO-TALBA
Summary
Appena kambjala tigi ammessa, tigi krejata obligazzjoni 'ad hoc', ghal kollox indipendenti u separata minn kwalunkwe obligazzjoni li seghtet ipprecedietha. Ghalhekk f'kawza bhal din, l-eccezzjonijietammissibbli huma generalment limitati ghall-kambjala nnifisha u bhala regola m' ghandhomx jigu permessi eccezzjonijiet li jikkoncernaw obligazzjonijiet precedenti.

Huwa veru illi meta l-eccezzjoni ma tistax tigi definita malajr ma hijiex ammissibbli meta biha jkun ritardat il-pagament.Pero' hemm eccezzjonijiet tant assoluti kemm relativi, li jistghu jigu moghtija u ghandhomikunu ammessi. Dawna l-eccezzjonijiet ghandhom il-bazi taghhom fid-dritt komuni u fid-dritt kambjarju. Per ezempju, l-inkapacita' li hija regolata mid-dritt komuni tifforma wahda mill-eccezzjonijiet assoluti, u l-pagament huwa wiehed mill-eccezzjonijiet relativi jew personali li huma regolati mid-dritt kambjarju. Hemm ukoll eccezzjonijiet li gejjin minn fatti posterjurighad-data ta' l-emissjoni tal-kambjali.

L-eccezzjonijiet personali ghal possessuri tal-kambjali ma jistghux idewmu l-pagament tas-somma jekk mhumiex likwidi u "di pronta soluzione". Jekk imbaghad huma ta' indagini twila, dawk l-eccezzjonijiet ghandhom ikunu riservati ghal kawza separata, u l-kundanna tal-kambjali ma tistax tkun differita, b'garanzija jew minghajr garanzija skond il-prudenzjali arbitriju tal-Qorti.

F'actio cambiaria t-talba originali ukontro-talba jistghu jigu decizi fl-istess kawza, izda mhux necessarjament fl-istess sentenza, b'mod li l-azzjoni kambjarja tigi deciza l-ewwel u wara tigi deciza l-kontro-talba.




Operational Programme 1
CONvErGE connected eGovernment


We use cookies to ensure that we give you the best experience on our website. If you continue without changing your settings, we'll assume that you are happy to receive all cookies. More Info