Reference: 2/2004

Judgement Details


Date
19/05/2004
Court
OF APPEAL (CIVIL, INFERIOR)
Judiciary
SCIBERRAS PHILIP
Parties
DIACONO REDEEMER vs MEDIA LINK COMPUTER CENTRE
ECLI
N/A
Judgement Type
FINAL JUDGEMENT

Keywords / Summary


Keywords
TRIBUNAL GHAL TALBIET ZGHAR, ALLEGAZZJONI TA` PARZJALITA` - TRIBUNAL GHAL TALBIET ZGHAR, KIF GHANDHOM JIGU MOTIVATI S-SENTENZI TA`
Summary
Allegazzjoni ta' "personal bias" li timplika abdikazzjoni tad-doveri ta' imparzjalita` da parti tal-gudikant, ma kellha qatt issir sakemm min jaghmilha ma jkollux mhux biss il-konvinzjoni personali ghal tali akkuza, imma element ta' prova biex jiggustifikaha. Il-fatt li gudikant ikun gustament urtat minn nuqqasijiet tal-partijiet jew id-difensuri taghhom fid-doveri taghhom lejn l-amministrazzjonital-gustizzja u l-process gudizzjarju bl-ebda mod ma jfisser li l-gudikant kien ser ihalli dak is-sentiment ta' censura jinfluwixxi negattivament fuq is-sens ta' bilanc u oggettivita` tal-gudizzju tieghu.

Skond is-subinciz 2 (d) ta' l-Artikolu 23 ta' l-Att dwar it-Tribunal ghal Talbiet Zghar, "l-Arbitru ma ghandux joqghod jaghti motivi imtawlin dwar kif ikun wasal ghad-decizjonijiet tieghu, izda jkun bizzejjed li jelenka d-dettalji ewlenin li jkun sejjes id-decizjoni tieghu fuqhom".

Huwa desumibbli minn dan id-dispost illi t-Tribunal kien skansat, bl-operat tal-istess ligi, milli jaghti motivazzjoni elaborata. Dan naturalment ma jfisserx illi l-motivazzjoni ma kellhiex tinkorpora fiha "r-ratio decidendi" fuq l-elenku tad-dettalji ewlenin. Il-motivazzjoni tibqa' dejjem ta'essenza tal-gudizzju u ma jistghax allura jinghad li jkun jidher li ssir gustizzja jekk il-partijiet in kawza ma jinghatawx almenu s-sodisfazzjoni minima tar-raguni li tkun induciet lill-Arbitru jasal ghad-decizjoni tieghu. Anke fi process kwazi gudizzjarju l-partijiet kellhom ikunu pjenament sodisfatti illi r-regoli bazilari tal-gustizzja naturali kienu qed jigi osservati. Dan ghaliex il-principju tal-gustizzja naturali ma kellux rabta biss mal-kuncett tas-smiegh xieraq izda wkoll mar-raguniil-ghala talba, jew difiza ghaliha, tkun qed tigi milqugha jew michuda. Jokkorri ghalhekk li d-decizjoni tat-Tribunal tigi analizzata biex jigi verifikat jekk din kienetx tissodisfa l-element ta' motivazzjoni bazika li d-ditta appellanti kellha dritt ghaliha fid-decizjoni.




Operational Programme 1
CONvErGE connected eGovernment


We use cookies to ensure that we give you the best experience on our website. If you continue without changing your settings, we'll assume that you are happy to receive all cookies. More Info