Referenza: 665/1995/1

Dettalji tas-Sentenza


Data
14/05/2004
Qorti
OF APPEAL (CIVIL, SUPERIOR)
Ġudikatura
DE GAETANO VINCENT, DEPASQUALE ANTON, MAGRI ALBERT J.
Partijiet
BUGEJA CHRISTIAN vs MONTANARO GAUCI DR. GERALD NOE
ECLI
N/A
Judgement Type
FINAL JUDGEMENT

Kliem Ewlieni / Fil-Qosor


Kliem Ewlieni
DANNI, SAFE SYSTEM OF WORK - DANNI, SAFE WORKING ENVIRONMENT
Fil-Qosor
F'materja ta' incidenti industrijali l-inadgini li trid taghmel il-qorti ghandha tkun wahda ampja. Mhux bizzejjed li jigi determinat li l-magna li tkun qed tigi operata tkun tahdem b'mod sodisfacjentijew li din tkun provduta bil-"guards" necessarji biex kemm jista' jkun l-operatur ma jinfilzax idejh f'partijiet perikoluzi jew li ma jhaddimx il-magna meta din suppost tkun wieqfa. L-ezami tal-qortijrid jkun ikkoncentrat fuq l-ambjent kollu tal-post tax-xoghol. Huwa fatt inkonfutabbli li incidenti industrijali jirrikorru perjodikament b'konsegwenzi gravi ghall-impjegat minhabba in-natura stesstal-makkinarju industrijali li jkun qed jintuza u l-ambjent monotonu tal-process industrijali. Huwaminnu li s-sistema guridika taghna ma tipprospettax it-teorija ta' "strict liability" fejn id-daturtax-xoghol jaghmel tajjeb ghad-danni subiti mis-subaltern tieghu indipendentement mill-htija tal-istess impjegat, kif gie ritenut f'pajjizi esteri, in kwantu l-ligi taghna tehtieg l-element ta' negligenza fl-intervent attiv jew passiv tad-datur tax-xoghol liema nuqqasijiet jistghu jwasslu ghal dikjarazzjoni ta' responsabbilita`. B'dana kollu huwa benn assodat fil-gurisprudenza nostrana, kif ukolldik estera, li f'incidenti industrijali d-datur ta' xoghol ma jigix mehlus mir-responsabbilita` ghall-akkadut semplicement ghax juri li l-magna kienet tahdem b'mod adegwat jew ghaliex l-impjegat jkungie istruwit fl-uzu taghha, izda huwa daqstant importanti fil-kuntest ta' responsabbilita` li l-ambjent kollu fejn jahdmu l-impjegati jkun tali li jwarrab l-ickenn possibilita` ta' infortunji fuq ix-xoghol. Dan l-obbligu huwa generalment rikonoxxut bhala dmir tal-employer li jipprovdi "a safe placeof work."




Programm Operattiv 1
CONvErGE connected eGovernment


Dan is-sit jagħmel użu mill-cookies biex jiggarantilek l-aħjar esperjenza. Jekk ma tbiddilx is-settings tiegħek, nifhmu li qed taċċetta l-użu tal-cookies b’mod awtomatiku. Iktar Informazzjoni