Reference: 257/2002/1

Judgement Details


Date
07/05/2004
Court
OF APPEAL (CIVIL, INFERIOR)
Judiciary
SCIBERRAS PHILIP
Parties
D & S LIFTS LIMITED vs FARRUGIA JOSEPH
ECLI
N/A
Judgement Type
FINAL JUDGEMENT

Keywords / Summary


Keywords
KUNTRATT, KONTRATTAZZJONI F`ISEM SOCJETA` INEZISTENTI - KUNTRATT, KONTRATTAZZJONI RABTA PERSONALI
Summary
Ai termini ta' l-Artikoli 999 u 1001 tal-Kodici Civili "kull persuna kelha titqies u tigi prezunta li qed tikkuntratta f'isimha proprju sakemm ma tindikax li qed tikkuntratta ghan-nom u fl-interess ta' haddiehor."

Hawnhekk is-socjeta` attrici appellanti kienet qed tinnegozja mas-socjeta` A &F Developments Limited u mhux ma' xi socjeta` ohra meta din ma kienetx tiffigura bhala parti kontraenti. Il-Qorti irritjeniet li jekk, imbaghad, dan il-fatt prezunt irrizulta li ma kienx jikkorrispondi ghall-veru jew ma kienx jissussisti, bhal ma fil-fatt ma kienx gjaladarba ma kienet tezisti ebdasocjeta` b'dan l-isem, il-konvenut, li kien deher bhala rapprezentanti taghha, kellu in virtu tal-Artikolu 78 ta' l-Att XXV ta' l-1995 jitqies bhala l-legittimu kontradittur "personalment responsabblidwar terzi ghall-atti maghmula taht dak l-isem". Biex seta' jkun diversament kien jispetta lill-konvenut appellat li jipproduci provi konklussivi in sostenn tal-eccezzjoni tieghu. Almenu biex jistabilixxi illi dak li kellu jigi prima facie prezunt mic-cirkostanzi materjali li fihom sar il-ftehimkien li l-kuntratt innifsu ma kienx jirrispekkja l-verita` ghaliex fil-verita` l-ftehim kien sar mas-socjeta` A & F Property Developments Ltd. Dan baqa' ma ghamlux jew ghallanqas ma ghamlux sodisfacentement u b'mod li ma jhalli l-ebda dubju.

Skond gurisprudenza affermata l-konvenut kellu jipprova mhux biss illi l-kontrattazzjoni saret ghas-socjeta` vera gestita minnu imma wkoll illi fil-mument meta saret tali kontrattazzjoni s-socjeta` attrici kienet konsapevoli ta' dan. Hu dak il-mumentli kien rilevanti u kien f'dak il-mument illi min innegozja mas-socjeta` attrici kellu jirrileva b'mod car u univoku illi f'dik il-kontrattazzjoni ma kienx qed jidher f'ismu (jew f'isem is-socjeta` kif minnu dikjarat) imma f'isem persuna ohra ben identifikata.




Operational Programme 1
CONvErGE connected eGovernment


We use cookies to ensure that we give you the best experience on our website. If you continue without changing your settings, we'll assume that you are happy to receive all cookies. More Info