Reference: 413/1996/1

Judgement Details


Date
13/02/2001
Court
CIVIL COURT, FIRST HALL
Judiciary
SCICLUNA DAVID
Parties
CARUANA NANCY vs CAMILLERI ODETTE
ECLI
N/A
Judgement Type
NOT AVAILABLE

Keywords / Summary


Keywords
CITAZZJONI, PIZ TAL-PROVA TA` ALLEGAZZJONI - DANNI, KONTRIBUTORJETA` - DANNI, SKOP TA` AZZJONI GHAR-RIZARCIMENT TA` - DANNI, VOLENTI NON FIT INIURIA - KOLLIZJONI, DOVERI TA` MIN ISUQ - KOLLIZJONI, FORZA MAGGURI - KOLLIZJONI, PIZ TAL-PROVA - KOLLIZJONI, SEAT BELT - PROCEDURI CIVILI - PROCEDURI KRIMINALI - PROVA, GRAD TA` - PROVA, PIZ TA`
Summary
Il-piz tal-prova ta' dak li hemm allegat fic-citazzjoni jinkombi fuq l-atturi li qeghdin jaghmlu l-imsemmija allegazzjoni u dana in bazi ghall-principju legali 'ei incumbit probatio qui dicit non ei qui negat'. Il-Qrati taghna pero`, fuq l-iskorta ta' awturi Inglizi eminenti, jaghmlu distinzjoni bejn il-prova li jehtieg li ssir f'kawza kriminali u l-prova li ghandha ssir f'kawza civili fis-sens illi filwaqt illi f'kawza kriminali l-htija ta' l-akkuzat trid tigi ppruvata 'beyond reasonable doubt', f'kawza civili bizzejjed li jkun hemm 'moral certainty', certezza morali f'mohh il-gudikant izda mhux bizzejjed li jkun hemm 'a mere possibility'. Din ic-certezza morali ghandha tigi bbazata fuq fatti ppruvati bi provi espressi u fuq l-inferenzi li naturalment u probabilment jemergu minn dawn il-fatti. Ic-certezza morali, rikjesta f'kawza civili, hija l-effett tal-'balance of probabilities'.

Min jallega li dak li gara kien dovut ghall-'inevitable accident' bhal ma qed jaghmel il-konvenut f'dan il-kaz, fejn qed ighid li dak li gara kien dovut ghal 'casus' ghandu l-obbligu li jippruvah.Dan il-principju huwa ormai pacifiku fil-gurisprudenza nostrali u gie mehud mid-dottrina u gurisprudenza Ingliza.

Minkejja li l-principju generali huwa li l-attur ghandu jipprova l-fatti allegati minnu, meta l-konvenut jallega fatti ohra sabiex jiddefendi ruhu u dawn huma kontestati mill-attur, il-piz tal-prova jinqaleb fuq il-konvenut.

F'certi kazi rigwardanti incidenti tat-traffiku mhux necessarju ghall-attur li jipprova n-negligenza tal-konvenut peress illi l-Ligi tipprezumi tali negligenza min-natura tal-incident.

Il-principju 'volenti non fit iniuria', ifisser li jrid ikun hemm ftehim, espress jew implicitu, bejn il-partijiet li wahda minnhom tiehu riskju li ssofrihsara kagunata mill-ohra. Biex ikun hemm ftehim tacitu jehtieg li jigi ppruvat min sofra d-dannu kellu xjenza pjena tan-natura u estensjoni tar-riskju li kien qed jassumi u li jigi ppruvat ukoll li meta assuma r-riskju, huwa ghamel dan bil-ftehim li r-riskju jaqa' fuqu u mhux fuq haddiehor, u dan ghaliex il-massima hija 'volenti non fit iniuria' u mhux 'scientia non fit iniuria'.

Hawnhekk,l-attrici ma kenitx liebsa seat-belt. Izda lanqas il-konvenuta ma kienet libsitu. Inoltre l-uzu tas-seat-belt fiz-zmien tal-incident kien ghadu mhuwiex obbligatorju. Ma irrizultax li l-konvenuta kienet talbet lill-attrici tilbsu u li din naqset li taghmel hekk. Ma irrizultax li kien hemm xi ftehimbejn il-partijiet la espress u lanqas implicitu li f'kaz ta' dannu r-riskju jaqa' fuq l-attrici. L-uniku ftehim li jidher li kien hemm kien li meta johorgu nhar ta' Sibt daqqa tmur l-attrici ghall-konvenuta u daqqa l-konvenuta ghall-attrici. Fil-gurnata in kwistjoni kienet il-konvenuta li tat lift lill-attrici u d-dover taghha kien li ssuq bi prudenza u twassalha lura z-Zurrieq shiha u mhux tispicca mwegga' f'incident awtomobilistiku. Barra minn hekk minn imkien ma jirrizulta li kieku l-attricikienet liebsa s-seat-belt d-dannu kien jonqos. Il-Qorti ikkonkludiet li ma jistax jitqies li kien hemm xi kontributorjeta` minhabba n-non-uzu tas-seat-belt.

Il-Gustizzja li taf il-Qorti hija dik li fil-limiti tar-realta' u kemm huwa possibbli, terga' tpoggi lill-vittma, ta' kwalsiasi att ingust, fl-istat li kienet qabel. Huwa ingust li f'dawn il-kazijiet, u fejn ir-restituzzjoni fizika tal-gisem u s-sahha tal-vittma ta' l-att illegali u ingust ta' haddiehor mhumiex possibbli, ma tassikurax kemm tista' kompensazzjoni adegwata.




Operational Programme 1
CONvErGE connected eGovernment


We use cookies to ensure that we give you the best experience on our website. If you continue without changing your settings, we'll assume that you are happy to receive all cookies. More Info