Reference: 56/1995/1

Judgement Details


Date
28/04/2004
Court
OF APPEAL (CIVIL, INFERIOR)
Judiciary
SCIBERRAS PHILIP
Parties
BUSUTTIL SALVATORE vs BUSUTTIL VENERANDA
ECLI
N/A
Judgement Type
FINAL JUDGEMENT

Keywords / Summary


Keywords
LOKAZZJONI, BDIL TA` DESTINAZZJONI - LOKAZZJONI, FTIT UZU JEKWIVALI GHAL NON USO - LOKAZZJONI, NON USO - ELEMENTI TA` - LOKAZZJONI, NON USO - KONSIDERAZZJONIJIET LI JKUNU JRIDU JSIRU MILL-QORTI - LOKAZZJONI, NON USO FIL-KAZ TA` HANUT - TNAQQIS TA` ATTIVITA` KUMMERCJALI
Summary
Skond il-ligi komuni fil-Kodici Civili l-kerrej ghandu jinqeda bil-haga mikrija "ghall-uzu miftiehem" jew fin-nuqqas ta' ftehim "ghall-uzu li jista' jigi prezunt mic-cirkostanzi" (Art 1554). Jekk danma jaghmlux dan il-fatt jista' jwassal ghar-rizoluzzjoni u hall tal-ftehim (Art. 1555(1)). Fil-kazli l-kirja tkun fil-perijodu tar-rilokazzjoni jghodd id-dispost ta' l-Art 9 tal-Kap 69 li a propozitu jahseb ghal kaz tat-terminazzjoni tal-kirja u ripreza tal-pussess mis-sid fejn il-kerrej ikun "uza l-fond xort'ohra milli ghall-iskop li l-fond ikun gie lilu moghti b'kiri".

Jaghmel uzu divers minn post meta l-kerrej ma jkunx qed juzah skond id-destinazzjoni tieghu u jzommu maghluq. Dan ghaliex ukoll dan in-non uzu jikkostitwixxi vjolazzjoni tal-obbligu tal-kerrej tal-godiment tal-fondbhala missier tajjeb tal-familja.

Huwa pacifiku wkoll illi meta fond kummercjali ma jinzammxregolarment miftuh jigi qiesu qed jinzamm maghluq u hekk ikun qed jigi uzat mhux skond id-destinazzjoni tieghu. Dan japplika wkoll anke jekk fond bhal dan ma jkunx qed jigi gestit regolarment u jinfetah biss kultant. Dan l-uzu divers ukoll jammonta ghal non uzu.

Huwa rikonoxxut illi biex wiehed jara jekk sarx tibdil minhabba li l-fond ikun inzamm maghluq ma hemmx kriterju fiss, u allura ghad-determinazzjoni tal-kwestjoni wiehed irid jiehu in konsiderazzjoni c-cirkostanzi ta' kull kaz.

Isegwi ghalhekk li l-principju mhuwiex assolut u ma joperax awtomatikament, izda f'kull kaz ghandhom jitqiesu c-cirkostanzi tieghu.

Gwida tajba pero` biex in-non uzu jkun jissussisti hi dik li jittiehed qies tat-tul ta' zmien, valutabbli skond ic-cirkostanzi tal-kaz, u li jkun volontarju u mhux determinat minn xi gustifikazzjoni ragonevoli.

Ghalhekk il-principju ma japplikax meta jkun hemm xi gustifikazzjoni xierqa fic-cirkostanzi partikolari tal-kaz u partikolarment meta c-cirkostanzi jkunu tali li, inter alia, verosimilment ma jaghtux lok ghal dak id-deprezzament li hu ghab-bazi tal-principju.

Certifikat mediku mhux konfermat bil-gurament tat-tabib li hargu ma kienx jikkostitwixxi l-ahjar prova u ghalhekk, kif ulterjorment gie ravvizat fid-decizjoni, "il-Qortima tistax taccetta x-xhieda ta' parti in materja ta' stat ta' sahha bhala prova sufficcjenti u din mhiex l-ahjar prova".

F'kull kaz, kerrej ghaqli seta ha dawk il-mizuri mehtiega biex jassiguraanke f'kaz ta' mard li l-fond jissokta jigi gestit u mmexxi permezz ta' l-operat ta' haddiehor u mhux ihallih maghluq u inattivat.

Difficilment allura tista' tigi accettata bhala xi gustifikazzjoni serja l-fatt li, ghar-raguni asserita, l-fond jinzamm maghluq u ma jsir xoghol xejn fih, jew,kif konfessat, jigi ridott sew ir-ritmu ta' attivita` fih, biex, imbaghad, l-appellant b'ghazla tieghu u x'hin ried hu jerga' jibda jaghmel operazzjonijiet fih.

Hu veru wkoll illi l-licenzja baqghet tiggedded kull sena. Fuq dan ma tezisti l-ebda kontroversja anke ghaliex dan jirrizulta b'modevidenti mill-esebizzjoni tal-licenzji ghal numru twil ta' snin. B'danakollu, kif drabi ohra kummentat, "il-fatt biss illi l-licenzji tal-Pulizija ghall-uzu ta' fond bhala hanut ta' mastrudaxxa baqghet tiggedded mhux fih innifsu sufficcjenti biex jeghleb ir-realta` u l-verita` tal-fatti".




Operational Programme 1
CONvErGE connected eGovernment


We use cookies to ensure that we give you the best experience on our website. If you continue without changing your settings, we'll assume that you are happy to receive all cookies. More Info