Reference: 924/2001/1

Judgement Details


Date
28/04/2004
Court
OF APPEAL (CIVIL, INFERIOR)
Judiciary
SCIBERRAS PHILIP
Parties
KORPORAZZJONI GHAS-SERVIZZI TA`L-ILMA vs OIL AND CONSTRUCTION INTERNATIONAL LIMIT
ECLI
N/A
Judgement Type
FINAL JUDGEMENT

Keywords / Summary


Keywords
PRESKRIZZJONI, BAZI TA` L-ISTITUT - PRESKRIZZJONI, IZ-ZMIEN RELATTIV JIDDEPENDI FUQ IL-MOD KIF TKUN GIET IMFASSLA L-AZZJONI - PRESKRIZZJONI, KIF TISTA` TIGI RESPINTA - PRESKRIZZJONI, MA TISTAX TIGI SOLLEVATA EX UFFICIO
Summary
In linea generali huwa dottrinalment ricevut illi l-preskrizzjoni hi definita bhala mod ta' estinzjoni tad-dritt fejn il-fondament taghha hu rikondott ghar-rinunzja tacita da parti tat-titolar tad-dritt. Abbinat ma' din it-tifsira jinghad ukoll illi l-esigenza tal-preskrizzjoni hi dik li tigi assigurata c-certezza tar-rapporti guridici. Dan johrog sew mil-ligi taghna ad exemplum fl-Artikoli 2107(2), 2112, 2113, u 2115 (1) tal-Kodici Civili. Hu car ukoll illi l-eccezzjoni tal-preskrizzjoni mahijiex wahda ta' ordni pubblika tant li hi rizervata biss, bl-operat tal-ligi, ex-Artikou 2111 tal-Kap 16, lill-parti interessata.

Fil-kaz, allura, li titqajjem il-preskrizzjoni l-unika procedura konsentita kienet dik li l-attur jipproduci provi dwar l-interruzzjoni jew is-sospensjoni tal-perijodu preskrittiv jew dwar l-ammissjoni tal-kreditu da parte tal-konvenut debitur tieghu jew li l-attur jissodisfa lill-Qorti li l-preskrizzjoni eccepita ma kienetx applikabbli ghal kaz. Kif pacifikament stabbilit, "il-preskrizzjoni tista' tigi mwaqqa mhux biss bil-gurament decizorju izda wkoll billi wiehed juri illi ghal xi motiv legali dik il-preskrizzjoni eccepita m'hijiex ammissibbli, jew likien hemm sospensjoni jew interruzzjoni taghha".

Huma l-premessi ta' l-atturi fic-citazzjoniu t-talbiet taghhom li jiddeterminaw il-parametri ta' l-azzjoni u li konsegwentement huma dawn illijiddefinixxu u jiddeterminaw liema perjodu preskrittiv estintiv ta' l-azzjoni kellu japplika.

Invokata wahda mill-preskrizzjonijiet partikolari kontemplati mil-ligi, l-Qorti ma tistghax jekk dik invokata tirrizulta nsostenibbli, tfittex biex tara jekk hiex applikabbli xi preskrizzjoni partikolari ohra li ma gietx invokata.




Operational Programme 1
CONvErGE connected eGovernment


We use cookies to ensure that we give you the best experience on our website. If you continue without changing your settings, we'll assume that you are happy to receive all cookies. More Info