Reference: 763/2002/1

Judgement Details


Date
28/04/2004
Court
OF APPEAL (CIVIL, INFERIOR)
Judiciary
SCIBERRAS PHILIP
Parties
PJ SUTTERS COMPANY LIMITED vs DEBONO MICHAEL
ECLI
N/A
Judgement Type
FINAL JUDGEMENT

Keywords / Summary


Keywords
CHEQUE, NATURA TA` - DEJN, ASSUNZJONI TA` - GARANZIJA, DISTINZJONI BEJN ASSUNZJONI TA` DEJN U
Summary
Huwa bil-wisq pacifiku illi di solitu f'kawzi normali l-attur, biex jirnexxi f'talba tieghu ghall-hlas irid qabel xejn jipprova l-kawza li tintitolah jitlob il-hlas inkella, diversament, it-talba tieghu ma tistax tigi milqugha. Mhux l-istess pero` jista' jinghad f'kawzi dwar kambjali, u allura wkoll ic-cheques, ghax dawn 'per se' jifformaw il-kawza tal-obbligazzjoni. Li jfisser li fil-kambjali l-kawza hi prezunta.

Kien dan il-karattru ta' titolu negozjabbli tac-cheque, rikonoxxut mil-ligi, li jaghtih ezistenza awtonoma indipendenti minn negozju originali li inizzjalment ikun ipprovokal-hrug tieghu u li, una volta jkun girat mill-possessur tieghu, il-proprjeta` tieghu tghaddi f'idejn il-persuna li favur taghha ikun iggirah.

L-assunzjoni tad-dejn jippresupponi li l-obbligazzjoni tkun giet assunta minn dak li jkun b'mod principali. Dan fis-sens ta' "constitutum debiti alieni" ossija tal-"animus solvendi debiti alieni". Ghalhekk l-assunzjoni tad-dejn ta' haddiehor ma tammontax ghal garanzija, izda hija obbligazzjoni principali li ma tikkoncedix il-beneficcjuta' l-eskussjoni jew tad-divizjoni.

Huwa elementari illi meta persuna tassumi li thallas id-dejn dovut mit-terz din tkun qed taghmel dan bi flejjes proprji taghha u mhux, allura, bi flejjes tad-debitur innifsu.




Operational Programme 1
CONvErGE connected eGovernment


We use cookies to ensure that we give you the best experience on our website. If you continue without changing your settings, we'll assume that you are happy to receive all cookies. More Info