Reference: 493/2003

Judgement Details


Date
23/04/2004
Court
CIVIL COURT, FIRST HALL
Judiciary
CUSCHIERI NOEL
Parties
UNITED AUTOMOBILE LIMITED vs A. BONELLO LIMITED
ECLI
N/A
Judgement Type
PARTIAL SENTENCE

Keywords / Summary


Keywords
KUNTRATT, DISTINZJONI BEJN NULLITA` U ANNULLABILITA` - LOKAZZJONI, META TITQIES BHALA ENFITEWSI
Summary
L-artikolu 1489[1] tal-Kodici Civili jistipula li ftehim bil-miktub msejjah ta' lokazzjoni maghmul ghal perijodu eccedenti s-sittax il-sena u taht kondizzjonijiet li jaqblu izjed mal-istitut tal-enfitewsi milli ma' dak tal-lokazzjoni, din il-koncessjoni titqies li hija enfitewsi, u hija nulla jekk ma kienitx saret f' att pubbliku. Din in-nullita' hija korollari tal-principju kontenut fl-artikoluprecedenti li fis-sub inciz [a] jiddetta li "l-enfitewsi hija nulla jekk ma tigix maghmula b' att pubbliku" [Art.1497].

Ghalhekk jidher car li n-nullita' ta' skrittura privata li, ghalkemm fl-apparenza tidher li hija wahda ta' lokazzjoni, izda fil-fatt hija wahda ta' enfitewsi, hija applikazzjoni tal-principju kontenut fl-Artikolu 1497[a] li jirrikjedi l-forma tal-att pubbliku ad validitatem u mhux ad probationem tantum; u ghalhekk in mankanza ta' dan ir-rekwizit essenzjali l-ftehim ikunaffett minn nullita' radikali u assoluta eskludenti l-ezistenza tal-obbligazzjoni.

Bl-istessmod li kuntratt ta' enfitewsi jitqies null b' mod assolut jekk ma jsirx fil-forma dettata mill-ligi, skrittura ta' lokazzjoni li fil-fatt tirrizulta li hi koncessjoni emfitewtika, u li ma tkunx tissodisfa dan ir-rekwizit essenzjali, hija allura affetta minn nullita'. Nullita' assoluta li ma tistaxtigi sanata jekk mhux bil-konkorrenza tal-rekwiziti kollha rikjesti mill-ligi ghall-validita' tal-att, inkluz ghalhekk il-forma tal-att pubbliku.

Il-gurisprudenza interpretattiva taghmel distinzjoni bejn kazijiet ta' rexissjoni ta' kuntratt u dawk ta' nullita' assoluta; u tinsenja li l-Artikolu 1224 (preskrizzjoni ta' hames snin ghall-annullament ta' certi skritturi) ma japplikax ghall-kazijiet ta' nullita' kontemplati fl-Artikolu 1497; ghax filwaqt li fl-artikolu tal-ewwel "si tratta diazione di rescisione di un' obligazione" li necessarjament tippresupponi l-esistenza ta' obligazzjoni, it-tieni artikolu jikkontempla kazijiet ta' nullita' assoluta li necessarjament teskludi l-esistenza totali tal-obbligazzjoni.

Fuq l-istregwa tal-massima quod nullum est nullum producit effectum l-ebda ratifka ma tista ssir ta' att radikalment null la bl-esekuzzjoni tal-obbligazzjoni u lanqas bil-kunsens espress tal-partijiet, jekk ma jigux sodisfatti r-rekwiziti kollha, inkluzi dawk tal-formalita' tal-att, rikjesti mill-ligi ad validitatem. F' kaz ta' nullita' ta' skrittura ta' lokazzjoni li r-recizzjoni tal-kera li tista' tammonta ghar-ratifika tacita mhix permessa f' dak ta' nullita' minhabba difett ta' forma.




Operational Programme 1
CONvErGE connected eGovernment


We use cookies to ensure that we give you the best experience on our website. If you continue without changing your settings, we'll assume that you are happy to receive all cookies. More Info