6.39.0.0
eCourts
Kawżi Ċivili
Sentenzi
Insolvenzi
Subbasti
Użu tal-Awli
Servizzi
Irċievi Notifiki bil-Mowbajl
Ħallas Multi tal-Qorti
Ħallas id-Dritt tar-Reġistru tal-Qorti
Għajnuna
Chat
Malti
English
Illoggja
Home
Fittex is-Sentenzi
Dettalji
Referenza: 9/2001/2
Niżżel
Dettalji tas-Sentenza
Data
21/04/2004
Qorti
OF APPEAL (CIVIL, INFERIOR)
Ġudikatura
DEPASQUALE ANTON
Partijiet
VELLA ANTOINETTE PRO ET NOE vs VELLA EDWIN
ECLI
N/A
Judgement Type
FINAL JUDGEMENT
Kawża Llinkjata
VELLA ANTOINETTE PRO ET NOE vs VELLA EDWIN - 9/2001/2 - TAL-APPELLI CIVILI (INFERJURI), BORDIJIET
Kliem Ewlieni / Fil-Qosor
Kliem Ewlieni
BORD LI JIRREGOLA L-KERA - PROVI; APPREZZAMENT ZBALJAT TA PROVI PRODOTTI - ZGUMBRAMENT
Fil-Qosor
Ir-rikors ta' appell jaghti l-impressjoni illi l-intimat appellant ghandu diversi aggravji kontra s-sentenza appellata, però, fir-realtà, l-intimat ghandu aggravju wiehed biss kontra dik is-sentenza,dak illi l-Bord li Jirregola l-Kera ghamel apprezzament zbaljat tal-provi prodotti.
Huwa risaput illi qorti tat-tieni (2) grad ma tiddisturbax l-apprezzament tal-provi prodotti maghmula minn qorti jew tribunal tal-ewwel (1) grad, purkè ma tirrizultalhiex raguni serja sabiex taghmel hekk. Fil-kaz odjern, dina l-Qorti, wara illi ezaminat bir-reqqa l-provi kollha prodotti, taqbel mal-apprezzament tal-provi illi ghamel il-Bord u mad-decizjoni relativa minnu raggjunta u, ghalhekk, tirrespingi l-imsemmi aggravju tal-appellant.
Dina l-Qorti mhix konvinta daqs il-Bord li Jirregola l-Kera illi jinsab pruvat illi l-fond in kwistjoni ma kien jintuza xejn ghal xi zmien qabel Gunju, 2000,iz-zmien illi jsemmi r-rikorrent Joseph Vella; fil-fehma ta' dina l-Qorti, jista' jinghad illi jinsab pruvat illi qabel Gunju, 2000 l-attività kummercjali fil-fond in kwistjoni ma tantx kienet qawwija, però ma jistax jinghad illi ma kien hemm attività xejn. Dina l-Qorti trid taghmilha cara, però,illi, ciò nonostante, it-talba ghar-ripreza tal-imsemmi fond a bazi tal-kawzali tal-kambjament tad-destinazzjoni minhabba non uso tal-istess fond xorta wahda timmerita akkoljiment. Dana ghaliex dinal-Qorti hija tal-fehma illi anke fil-mori ta' dina l-kawza, almenu sa meta gie kontroezaminat l-intimat, fil-prattika ma kienet qed issir ebda attività fil-fond mikri. Dina l-Qorti tal-Appell hija tal-fehma illi jinsab pruvat illi l-fond in kwistjoni inzamm inattivat ghal zmien twil bizzejjed sabiexjigi konsidrat illi l-intimat biddel id-destinazzjoni tal-istess fond.
Ghaldaqstant din l-Onorabbli Qorti tal-Appell tiddeciedi billi tichad l-appell tal-intimat appellant u billi tikkonferma s-sentenza appellata b'dan illi t-terminu stabbilit ghall-fini tal-izgumbrament ghandu jibda jiddekorri mill-gurnata tad-decizjoni ta' din il-Qorti tal-Appell, filwaqt li tordna illi l-ispejjes ta'din l-istanza jigu sopportati kollha mill-intimat appellant.
Agħfas hawn biex tfittex mill-ġdid.
Dan is-sit jagħmel użu mill-cookies biex jiggarantilek l-aħjar esperjenza. Jekk ma tbiddilx is-settings tiegħek, nifhmu li qed taċċetta l-użu tal-cookies b’mod awtomatiku.
Iktar Informazzjoni
Naċċetta