Reference: 239/2003

Judgement Details


Date
19/04/2004
Court
OF CRIMINAL APPEAL (INFERIOR)
Judiciary
SCICLUNA DAVID
Parties
IL-PULIZIJA vs FARRUGIA JOE
ECLI
N/A
Judgement Type
FINAL JUDGEMENT

Keywords / Summary


Keywords
PROCEDURI KRIMINALI, META L-PROSEKUZZJONI TONQOS MILLI THARREK XHUD - PROCEDURI KRIMINALI, META XHUD DEBITAMENT NOTIFIKAT MA JIDHIRX GHAS-SEDUTA
Summary
Meta xhud, debitament notifikat biex jidher quddiem l-ewwel qorti, jonqos milli hekk jidher, dik il-qorti ma tistax tibqa' ghaddejja qisu ma gara xejn. Bhala minimu dik il-qorti ghandha tikkundanna lix-xhud ghal ammenda u, kemm-il darba l-prosekuzzjoni (pulizija ezekuttiva jew parti offiza ossia kwerelant, skond il-kaz) ma tirrinunzjax espressament ghal dak ix-xhud jew kemm-il darba l-qorti ma tkunx tal-fehma li xhud mhux indispensabbli biex isahhah l-akkuza, il-qorti ghandha wkoll tordna li dakix-xhud jingieb b'mandat ta' akkumpanjament jew b'mandat ta' arrest.

Dan necessarjament jimplika li l-qorti ghandha tiddifferixxi l-kawza. Altrimenti l-kawzi, u l-ezitu taghhom, jigi jiddependi fuq jekk xhud ifettillux jobdi tahrika jew le! Anqas ma hu argument validu dak li jigi spiss ventilat quddiem il-Qrati Inferjuri u cioe` li x-xhud kellu interess li jidher u li allura, la ma deherx,il-qorti ghandha tibqa' ghaddejja u, kif spiss jigri u kif gara f'dan il-kaz, tillibera. L-interessprincipali fil-proceduri penali hu tal-partijiet - il-prosekuzzjoni u l-imputat. Ghandu kemm ghanduinteress xhud fl-ezitu tal-kawza, ma jistax impunement, u hlief fil-kazijiet kontemplati mill-ligi,jippriva lill-parti li tkun harrkitu mid-deposizzjoni tieghu.

Huwa biss meta l-prosekuzzjonima tkunx f'posizzjoni li tinforma lill-Qorti dwar ir-riferta u tonqos mill-obbligi taghha imposti mil-ligi li tesibixxi riferta posittiva u valida ta' xhud, li allura, f'tali cirkostanzi dan in-nuqqas bla dubbju ta' xejn ghandu jmur a favur l-akkuzat li jkollu d-dritt li jitlob li l-proceduri jitkomplew u ma jigux imhollija ghal data ohra.




Operational Programme 1
CONvErGE connected eGovernment


We use cookies to ensure that we give you the best experience on our website. If you continue without changing your settings, we'll assume that you are happy to receive all cookies. More Info