Reference: 1742/1995/1

Judgement Details


Date
02/04/2004
Court
CIVIL COURT, FIRST HALL
Judiciary
SCIBERRAS PHILIP
Parties
CASSAR JOSEPH NOE vs CAVALLO MIRIAM PRO ET NOE
ECLI
N/A
Judgement Type
FINAL JUDGEMENT

Appealed Details


Appealed
Yes

Keywords / Summary


Keywords
KONVENJU, META L-KONVENJU IKUN JAGHLAQ IS-SIBT JEW F`VANKANZA PUBBLIKA - KONVENJU, SA META TRID TIGI PREZENTATA L-ITTRA UFFICJALI AI TERMINI TA` L-ARTIKOLU 1357(2) TAL-KODICI CIVILI
Summary
Is-subinciz (2) ta' l-Artikolu 1357 tal-Kodici Civili jipprovdi li l-effetti ta' weghda ta' bejgh jispiccaw meta jaghlaq iz-zmien miftiehem bejn il-partijiet - fil-kaz prezenti allura s-7 ta' Ottubru1995 - "kemm-il darba l-accettant ma jsejjahx lil dak li wieghed, b' att gudizzjarju prezentat qabelma jghaddi z-zmien applikabbli kif intqal qabel sabiex jaghmel il-bejgh u kemm-il darba fil-kaz lidak li wieghed jonqos li jaghmel hekk, it-talba b' citazzjoni sabiex titwettaq il-weghda ma tigix ipprezentata fi zmien tletin jum minn meta jaghlaq l-imsemmi zmien";

Huwa pacifiku illi t-terminu anki meta mhux essenzjali ghan-natura tal-kuntratt jibqa' xorta wahda mill-kondizzjonijiet l-aktar importanti fil-formazzjoni tal-vinkolu kontrattwali. Dan hu maggorment hekk fil-kaz ta' promessa ta' bejgh tant li, fejn it-terminu ma jkunx espressament pattwit bejn il-kontraenti, hi l-ligi stessli tissupplixxi ghal dan in-nuqqas billi tipprefiggi terminu ta' tliet xhur. Fir-rigward tezisti gurisprudenza konfliggenti jekk dan it-terminu kellux jitqies wiehed ta' preskrizzjoni jew ta' dekadenza. Fil-kaz ta' konvenji fejn il-kontraenti jkunu stipulaw zmien determinat jidher li l-gurisprudenza l-aktar ricenti tqis dan it-terminu bhala wiehed ta' dekadenza ghaliex dan kien jiddependi unikament mill-volonta tal-partijiet u ma kienx johrog ex lege;

L-interpellazzjoni gjudizzjarja issir statutorjament mehtiega f' kull kaz qabel jaghlaq iz-zmien tal-konvenju biex jigu preservati l-effetti tal-weghda fih kontenuta, hi biss mahsuba biex il-kontraent li jixtieq li tali weghda tigi onorata jippreserva d-drittijiet tieghu fil-konfront tal-kontraent l-iehor billi jpoggih in mora. Japplika allura d-dispost ta' l-Artikolu 889 tal-Kodici ta' Organizzazzjoni u Procedura Civili li jipprovdi li l-iskop ta' l-ittra ufficcjali huwa biex iqieghed lil haddiehor f' mala fidi jew biex izomm shah il-jeddijiet tieghu nnifsu.";

In linea ta' massima jinsab akkolt illi "meta jaghlaq iz-zmien li l-konvenju jibqa' jorbot, u ebda wahda mill-partijiet ma tkun hadet il-passi mehtiega sabiexiggieghel lill-parti l-ohra jersaq ghall-kuntratt ta' bejgh u xiri, il-konvenju jitlef l-effikacja tieghu u dakinhar li jiskadi l-partijiet jergghu lura ghall-istatus ante quo".

L-Artikolu 1076(1) tal-Kodici Civili dwar l-obbligazzjonijiet bi zmien jipprovdi fil-provisio tieghu illi "jekk l-ahhar jum taz-zmien ikun ta' vakanza pubblika, iz-zmien ma jitqiesx maghluq qabel ma jghaddi l-ewweljum ta' wara li ma jkunx vakanza pubblika". X' inhuma granet ta' vakanza pubblika jinsab determinat fl-Artikolu 109 tal-Kapitolu 12 ghal liema nsibu referenza specifika fis-subinciz (2) ta' l-Artikolu 1076 tal-Kapitolu 16. Jigifieri dawk il-granet li fihom ma tista' tinzamm ebda seduta ordinarja tal-qorti;

Kif inhu maghruf it-termini procedurali huma jew legali ossija gudizzjarji, ghaximposti mil-ligi jew gudizzjali, ghax imposti mill-Qorti. Meta ma humiex perentorji z-zmenijiet legali jistghu jigu mgedda kif dispost fl-Artikolu 106 tal-Kapitolu 12; fil-kaz ta' termini gudizzjalili ma jkunux perentorji dawn jistghu jigu prorogati basta li t-talba ssir qabel ma jiskadi t-terminu.

Issa l-Artikolu 109 tal-Kapitolu 12 irid jinqara unitament ma' l-Artikolu 108 ta' l-istessKapitolu li jippreskrivi wkoll illi "jekk l-ahhar jum ta' xi terminu legali jew gudizzjarju jkun xijum minn dawk ('is-Sibt jew granet ta' vakanzi pubblici'), it-terminu ghandu jitqies li jiskadi fil-jum li jigi minnufih wara li ma jkunx wiehed minn dawk il-jiem." Li jfisser illi meta l-ahhar gurnata tinzerta li mhix gurnata tax-xoghol allura t-terminu jaghlaq fl-ewwel gurnata tax-xoghol li jkunimiss u fil-hin li jaghlaq ir-Registru.




Operational Programme 1
CONvErGE connected eGovernment


We use cookies to ensure that we give you the best experience on our website. If you continue without changing your settings, we'll assume that you are happy to receive all cookies. More Info