Reference: 1682/1999/1

Judgement Details


Date
29/03/2004
Court
CIVIL COURT, FIRST HALL
Judiciary
VALENZIA GEOFFREY
Parties
GALEA DR PHILIP ET vs TIGNE' DEVELOPMENT CO LTD ET
ECLI
N/A
Judgement Type
FINAL JUDGEMENT

Keywords / Summary


Keywords
APPLIKAZZJONI GHAL PERMESS TAL-IZVILUPP, MINN META JIBDA JIDDEKORRI Z-ZMIEN SABIEX ISIRU OGGEZZJONIJIET MINN TERZI INTERESSATI - APPLIKAZZJONI GHAL PERMESS TAL-IZVILUPP, TWAHHIL TAS-SITE NOTICE - INTERESS GURIDIKU, BINI MHUX SKOND IL-PERMESS - INTERESS GURIDIKU, KONTESTAZZJONI TA` PERMESS JEW LICENZJA KONCESSI LIL TERZ - SERVITU`, GHAL UTILITA` PRIVATA - SERVITU`, GHAL UTILITA` PUBBLIKA - SERVITU`, LIGIJIET SPECJALI U REGOLAMENTI TAL-BINI - STHARRIG TA` EGHMIL AMMINISTRATTIV, ARTIKOLU 469A ESKLUZ MINN MODI TA` KONTESTAZZJONI JEW RIMEDJI MOGHTIJA MINN LIGIJIET AD HOC
Summary
Biex tinholoq servitu` legali huwa mehtieg li din torigina minn Ligi u jrid ikollok sitwazzjoni fejnpiz ossia limitazzjoni tad-dritt ta' proprjetà tigi imposta fuq fond servjenti a vantagg ta' fond dominanti (din hija karatteristika ta' kull tip ta' servitù). Certament ma jistax jinghad li kull ligi ta' natura pubblika tohloq drittijiet ta' natura privata.

L-eventwali servitù legali li talvolta tinholoq minn xi ligi ad hoc ma tkunx tista' sservi bhala bazi ta' azzjoni taht l-Artikolu 469A tal-Kap. 12. Permess ghall-izvilupp dejjem jinhareg "saving third party rights". Il-fatt li jinhareg permess li b'xi mod jilledi servitù ta' terzi bl-ebda mod ma jirrendi dak il-permess null. Se mai it-titolari ta' dik is-servitù ikollu dritt li jittutela dak id-dritt b'azzjoni petitorja izda danindipendentement mill-validità tal-permess; u dan ir-ragunament jghodd ghal kull tip ta' servitù, kemm dawk konvenzjonali kif ukoll dawk legali.

L-ottjeniment o meno ta' permess jew awtorizzazzjoni ta' natura amministrattiva ma jincidix fuq id-drittijiet ta' terzi. Ghalhekk dikjarazzjoni libini mhux kopert minn permess ma hija ta' ebda beneficcju.

L-Artikolu 469A(4) tal-Kap. 12 jiddisponi li:

"(4) Id-disposizzjonijiet ta' dan l-artikolu ma ghandhomx japplikaw meta l-modta' kontestazzjoni jew ta' ksib ta' rimedju dwar xi att amministrattiv partikolari quddiem qorti jewtribunal jigi provdut dwaru f'xi ligi ohra."

A contrario sensu, meta tali rimedju ma jkunx disponibbli jew ghax il-ligi ma tkunx tipprovdi ghalih, jew ghax ma jkunx disponibbli ghal raguni ohra lil hinn mill-kontroll ta' min ikun qieghed jikkontesta l-ghemil amministrattiv, japplika l-Artikolu 469A.

Il-Kap. 356 jipprovdi makkinarju legali sabiex terz interessat ikun jista' jopponil-hrug ta' permess favur persuna ohra. L-atturi hawnhekk sostnew li l-allegata irregolarità fix-xandir ta' l-avviz fis-sit de quo cahhdithom minn tali rimedju.

L-Artikolu 469A(4) ma jghid xejndwar din il-possibilità. Kull ma jghid huwa li jekk ligi ohra toffri rimedju l-Art 469A ma japplikax. Madanakollu il-Qorti tifhem li jekk ir-rimedju moghti minn Ligi ma jkunx disponibbli ghal xi raguni li mhiex fill-kontroll tal-parti interessata, l-Artikolu 469A ghandu japplika.

Jekk l-atturi jipprovaw li huma ma utilizzawx ir-rimedju moghti lilhom mill-Kap. 356 ghal raguni valida allurar-rimedju taht l-Artikolu 469A ikun disponibbli.

L-Artikolu 32(4) ta' l-Att dwar l-Ippjanarta' l-Izvilupp jghid l-proposta ta' zvilupp u l-isem ta' min japplika ghandhom jigu "pubblikati fl-istampa lokali u mxandra b'avviz fis-sit." Il-Ligi tghid biss li l-avviz ossia s-"site notice" iridjitwahhal fis-sit. Minn imkien ma jirrizulta li l-avviz ghandu necessarjament jitwahhal fi triq pubblika u li t-twahhil ma jistax jitwahhal fi triq privata li hija accessibbli ghall-pubbliku. Mill-banda l-ohra l-uzu tal-kelma "mxandra" ghandu ghal anqas tindika li s-"site notice" trid tittwahal f'post fejn il-pubbliku jkun jista' jaraha.

Il-Ligi tmur lil hinn mis-semplici xandir tad-dettalji indikati fl-artikolu 32(4) permezz tas-"site notice" izda tistipula wkoll li l-istess dettalji jigu pubblikati fl-istampa lokali.

Il-legislatur, fl-Artikolu 32(4) ried jiddistingwi bejn ix-xandir tas-"site notice" u l-pubblikazzjoni fl-istampa lokali. L-Artikolu 32(5) jiddisponi tassattivament li terz interessat jista' jintervjeni bl-opposizzjoni tieghu ghall-hrug tal-permess fi zmien hmistax-il jum mill-pubblikazzjoni. Fin-nuqqas, it-terz interessat jitlef id-dritt ta' intervent.

It-terminu ta' hmistax-il jum sabiex issir "third party objection" jibda jiddekorri indipendentement mit-twahhil tas-site notice. Jista' jaghti l-kaz li, per ezempju, ssir il-pubblikazzjoni fl-istampa lokali (b'hekk jibda jiddekorri t-terminu) umbaghad is-site notice titwahhal ferm wara li jkun skada t-terminu ghall-intervent. Intervent wara t-twahhil tas-"site notice" ikun fuori termine u bhalatali inammissibbli indipendentement minn kull konsiderazzjoni ohra: dak li hu relevanti huwa l-pubblikazzjoni fl-istampa lokali.

Ghall-finijiet tal-gustifikazzjoni mehtiega ghall-iskopijiet tal-artikolu 469A mhux daqstant relevanti fejn u kif twahhlet is-site notice.




Operational Programme 1
CONvErGE connected eGovernment


We use cookies to ensure that we give you the best experience on our website. If you continue without changing your settings, we'll assume that you are happy to receive all cookies. More Info