Reference: 893/1993/1

Judgement Details


Date
25/03/2004
Court
CIVIL COURT, FIRST HALL
Judiciary
MALLIA TONIO
Parties
BUSUTTIL JOSEPH NOE vs ZAHRA ANTHONY
ECLI
N/A
Judgement Type
FINAL JUDGEMENT

Keywords / Summary


Keywords
KUNSENS, VIZZJU MINHABBA THEDDID - KUNSENS, VIZZJU MINHABBA VJOLENZA
Summary
Skond il-gurisprudenza lokali, biex il-vjolenza morali tammonta ghall-vizzju tal-kunsens hemm bzonnli tkun determinanti, ingusta u gravi u tali li taghmel impressjoni fuq persuna ragonevoli u li tiggenera l-biza' li tesponi ngustament lill-persuna taghha jew il-gid taghha ghal danni gravi. Il-kwistjoni jekk hemmx vjolenza hija ndagini li hija mhollija nterament fil-prudenza tal-Qorti.

Il-vjolenza bhala vizzju tal-kunsens irid ikun determinanti u jimmanifesta minacci veri u serji lill-persuna tal-komparenti jew tal-familja tieghu, u qatt ma giet estiza b'mod li tnehhi l-bargaining powerli jista' jkollu kontraent fuq iehor.

Il-minaccja trid tkun gravi u determinanti, b'mod litinficcja fuq il-kunsens ta' dak il-kontraent; irid jirrizulta wkoll li dak il-kontraent kien f'pozizzjoni li ma setax jehles mill-vjolenza jekk mhux billi jiffirma dik l-obbligazzjoni impoggija quddiemu. L-istat ta' anzjeta u turbulenza tal-persuna ma jfissirx li l-kunsens ikun vizjat, ghax fin-nuqqas ta' prova ta' theddieda ta' vjolenza fizika impellenti, darba li jirrizulta li l-kontraent kienjaf x'inhu jaghmel, il-kuntratt m'ghandux jithassar.




Operational Programme 1
CONvErGE connected eGovernment


We use cookies to ensure that we give you the best experience on our website. If you continue without changing your settings, we'll assume that you are happy to receive all cookies. More Info