Referenza: 6/2001/1

Dettalji tas-Sentenza


Data
30/04/2001
Qorti
OF CRIMINAL APPEAL (INFERIOR)
Ġudikatura
DE GAETANO VINCENT
Partijiet
IL-PULIZIJA vs SCERRI ALEXANDER
ECLI
N/A
Judgement Type
NOT AVAILABLE

Kliem Ewlieni / Fil-Qosor


Kliem Ewlieni
AMMISSJONI - INTOSSIKAZZJONI - PROCEDURI KRIMINALI, SENTENZA SOSPIZA - REAT, ELEMENT FORMALI - REAT, ELEMENT MATERJALI
Fil-Qosor
Meta l-Qorti tkun qed titratta mal-hati dwar sentenza sospiza li tkun ghadha ma bdietx issehh, u taghmel ordni bis-sahha tas-subartikolu (I) tal-Artikolu 28B, il-Qorti ghandha tapplika d-disposizzjonijiet tal-paragrafu (b) tal-Artikolu 17 u taghti zmien wiehed ta' prigunerija ghar-reat originali u ghar-reat l-iehor.

Meta wiehed jirregistra ammissjoni ikun qieghed jassumi r-responsabbilta`penali kollha ta' dak li jkun qed jigi akkuzat bih, fis-sens li jkun qed jammetti mhux biss l-element materjali tar-reat in kwistjoni izda anke l-element formali tieghu. Ma jistax, ghalhekk, wiehed jammetti imbghad wara jghid li kien hemm xi forma ta' karenza ta' l-element formali rikjest ghal dak ir-reat.

Fil-ligi taghna, ir-regola hi li s-sokor (li jinkludi intossikazzjoni permezz ta' narkotici jew drogi) ma jistax jingieb bhala eccezzjoni kontra akkuza kriminali (ara s-subartikoli (1)u (5) tal-Artikolu 34 tal-Kodici Kriminali). Dan ifisser li, dejjem bhala regola, is-sokor la hi cirkostanza skuzanti u anqas cirkostanza skriminanti. Anzi c-cirkostanza tas-sokor tista', u f'certi kazi ghandha, titqies bhala cirkostanza aggravanti, bhal fil-kaz ta' min imiss l-alkohol meta jaf limeta jaghmel hekk jibda jitbellah u jikser il-ligi.




Programm Operattiv 1
CONvErGE connected eGovernment


Dan is-sit jagħmel użu mill-cookies biex jiggarantilek l-aħjar esperjenza. Jekk ma tbiddilx is-settings tiegħek, nifhmu li qed taċċetta l-użu tal-cookies b’mod awtomatiku. Iktar Informazzjoni