Reference: 618/2000/1

Judgement Details


Date
24/03/2004
Court
OF APPEAL (CIVIL, INFERIOR)
Judiciary
SCIBERRAS PHILIP
Parties
TABONE QABEL STELLINI MARY ROSE vs VASSALLO SILVIO PRO ET NOE
ECLI
N/A
Judgement Type
FINAL JUDGEMENT

Keywords / Summary


Keywords
ECCEZZJONIJIET, INKOMPATIBILITA` BEJN IL-PRESKRIZZJONI U L-ECCEZZJONI LI L-AMMONT MITLUB HUWA EZAGERAT - PRESKRIZZJONI, INKOMPATIBILITA` MAL-ECCEZZJONI LI L-AMMONT MITLUB HUWA EZAGERAT - PRESKRIZZJONI, INTERRUZZJONI TA` - ONERU TAL-PROVA - PRESKRIZZJONI, INTERRUZZJONI TA` - RIKONOXXIMENT TAD-DEJN - PRESKRIZZJONI, KIF TISTA` TIGI RESPINTA
Summary
Hekk kif tigi eccepita l-preskrizzjoni, in kwantu din timporta presunzjoni ta' pagament, il-pretizkreditur jista' jikkumbattiha b'diversi modi. Jew billi jaghti l-gurament lill-konvenut, jew b'xi mezz iehor permess mil-ligi, cjoe, l-inamissibilita` ta' dik il-preskrizzjoni, u l-inapplikabilita` taghha, jew l-interruzzjoni jew is-sospensjoni taghha.

Issokta jigi osservat ukoll illi "jekkid-debitur jirrikonixxi d-dejn dan ir-rikonoxximent jimporta rinunzja ghall-preskrizzjoni u dan ir-rikonoxximent jista' jkun anke prezunt jew indirett. U lanqas hemm bzonn li r-rikonoxximent ikun ghall-kwantita` kollha dovuta, u jista' jirrigwarda kreditu illikwidu".

Jibqa' dejjem pero` obbligu ta' min jeccepixxi l-interruzzjoni tal-preskrizzjoni li jipprovaha, u kif rilevat b'bosta decizjonijiet "jekk dwar din l-interruzzjoni hemm konflitt ta' provi, allura l-konsegwenza m'hijiex li ghandha tigi michuda l-preskrizzjoni, imma dik kuntrarja, li ghandha tigi akkolta, peress li l-posizzjoni guridika tkun li mentri jkun fatt li ghadda t-terminu tal-preskrizzjoni, ikun ugwalment fatt illi l-atturi ma ssodisfawx lill-Qorti li kien hemm interruzzjoni" u f'kaz ta' dubju serju dan ghandujmur favur dak li kontra tieghu qeghda tigi akkampata rinunzja ghad-dritt.

Gie sewwa ritenutilli fejn id-debitur ma jichadx id-dejn imma sempliciment jikkontesta l-quantum ta' l-ammont dovut allegat mill-kreditur, id-debitur ikun qieghed jinterrompi u tacitament jirrinunzja ghall-preskrizzjoni li tkun qed tiddekorri. Dan japplika wkoll jekk ir-rikonoxximent isir wara li jkun ghadda z-zmien tal-preskrizzjoni.




Operational Programme 1
CONvErGE connected eGovernment


We use cookies to ensure that we give you the best experience on our website. If you continue without changing your settings, we'll assume that you are happy to receive all cookies. More Info