Reference: 1637/1998/1

Judgement Details


Date
04/03/2004
Court
CIVIL COURT, FIRST HALL
Judiciary
MICALLEF JOSEPH R.
Parties
IMPROVED DESIGN LIMITED vs GRIMA ANTOINE
ECLI
N/A
Judgement Type
FINAL JUDGEMENT

Appealed Details


Appealed
Yes

Keywords / Summary


Keywords
GURAMENT, FALSITA` TA` - INTERESS GURIDIKU, ELEMENTI TA` - INTERESS GURIDIKU, IL-QORTI TISTA` TISSOLLEVA NUQQAS TA` INTERESS GURIDIKU EX UFFICIO - INTERESS GURIDIKU, INTERESS F`AZZJONI BHALA BAZI TA` AZZJONI ULTERJURI - INTERESS GURIDIKU, TALBA DIKJARATORJA - SPERGUR, GURAMENT FALZ
Summary
Meta wiehed jitkellem dwar azzjoni dikjaratorja, tqum minnufih il-kwestjoni tal-interess li wiehed iressaqha. Huwa stabilit li m'humiex amissibbli azzjonijiet merament dikjaratorji, meta r-rimedju lighalih jistghu jkunu preordinati mhux biss m'huwiex mitlub, imma lanqas jista' jintalab mill-Qorti.Dan il-principju jintrabat mal-htiega li min jiftah kawza jrid juri li ghandu interess li m'huwiexbiss wiehed guridiku, imma wkoll wiehed attwali u dirett. Minbarra dan, azzjoni dikjaratorja ssibis-sens taghha jekk tkun pre-ordinata ghal kawza ohra li tiddependi sewwasew mis-sentenza dikjaratorja;

L-interess guridiku f'attur huwa dak li l-imharrek jirrifjuta li jaghraf il-jedd tal-istess attur u li, fih innifsu, johloq il-htiega tal-vertenza. Ghalhekk, dan igib mieghu l-konsegwenzali l-ewwel u l-aqwa interess guridikament ammissibbli huwa dak li kull persuna ghandha, jigifieri lititlob li, fil-konfront taghha, isir haqq jew li tigi msewwija ingustizzja maghmula fil-konfront taghha;

Biex tali interess ikun tutelat minn karattru guridiku, irid ikun iwassal ghal rizultat ta' utilita' u vantagg ghal min irid jezercita l-jedd, b'mod li jekk l-azzjoni ma tistax twassal biex tipproduci tali rizultat ghal min jibdiha, dik l-azzjoni ma tistax tregi. Kien minhabba dan il-principju li ghadd ta' sentenzi cahdu l-jedd tal-azzjoni lil min ried jikseb b'sentenza biss dikjarazzjoni minghajr oggett materjali;

Minbarra dan, u dejjem ghal dak li jirrigwarda l-aspett tal-attwalita' tal-interess f'attur, irid jintwera li dak l-interess jibqa' jsehh matul il-hajja kollhatal-azzjoni, u mhux biss fil-bidu taghha, ghaliex jekk dan l-interess jintemm fix-xejn, il-konsegwenza immedjata tkun li l-imharrek jinheles milli jibqa' fil-kawza;

Gie stabilit ukoll mill-Qrati li dak li jfisser l-interess tal-attur ghandu jkun jidher mill-att tac-Citazzjoni nnifisha, u ghalkemm il-mottiv tal-interess mhux mehtieg li jkun imsemmi fic-Citazzjoni, ghandu jirrizulta mill-provi jekk kemm-il darba jigi kuntrastat;

L-interess mhux tabilfors ikun wiehed li jigi kwantifikat f'somma determinata ta' flus jew gid, u jista' jkun ukoll meqjus imsejjes jekk jimmira li jharesjew jaghti gharfien ghal jedd morali jew suggettiv, imbasta l-jedd invokat ma jkunx wiehed ipotetiku;

Jaqghu taht skrutinju tal-Qrati wkoll dawk l-azzjonijiet li, ghalkemm imsejsin fuq jedd tal-attur, ikunu mahsuba esklussivament biex jaghmlu hsara lill-imharrek minghajr ma jaghtu l-ebda vantagg utli lill-attur, ghajr is-"sudisfazzjon" li jkun qaghbar lill-istess imharrek. Dawn l-azzjonijiet huma maghrufa fid-duttrina bhala acta ad aemulationem. F'kazijiet bhal dawn, id-duttrina tqis li azzjonijiet ta' din l-ghamla huma sahansitra illegali u jonqos fihom l-interess guridiku mehtieg;

Huwa stabilit li l-Qorti ghandha kemm is-setgha u kif ukoll il-jedd li tqis il-fattur tal-interess ta' parti, wkoll meta ma jkunx hemm eccezzjoni f'dan is-sens, izda mhux qabel ma l-Qorti tkunsemghet il-provi biex fuq is-sahha taghhomhija tkun tista' tasal ghall-fehma taghha;

Bilkemm ghandu ghalfejn jinghad li b'"falz" wiehed irid hawn jifhem "xi haga li ma taqbilx mas-sewwa" u mhux semplicement "xi haga li l-parti ma taqbilx maghha" jew li haddiehor jaraha b'mod iehor. Fi kliem iehor, biex jista' jintwera li nghad il-falz taht gurament irid jintwera li xi fatt imieri dak linghad. Tali fatt irid jirrizulta mill-atti u mhux jissemma biss bhala argument. Li kieku kien hekk, u l-fehma li ma taqbilx kienet tista' titqies bhala "falz", kieku jista' tassew jinghad li ma tezistix kawza mqar wahda fejn ma jinghadx il-falz !;




Operational Programme 1
CONvErGE connected eGovernment


We use cookies to ensure that we give you the best experience on our website. If you continue without changing your settings, we'll assume that you are happy to receive all cookies. More Info