Reference: 1424/2001/1

Judgement Details


Date
02/03/2004
Court
OF APPEAL (CIVIL, INFERIOR)
Judiciary
MAGRI ALBERT J.
Parties
V. XUEREB ALUMINIUM WORKS vs XUEREB RANDOLPH ET
ECLI
N/A
Judgement Type
FINAL JUDGEMENT

Keywords / Summary


Keywords
PRESKRIZZJONI, META CERTI DJUN JIRRIZULTAW MINN KONT ACCETTAT MID-DEBITUR JEW MINN DIKJARAZZJONIJIET OHRA
Summary
Dan kien appell minn sentenza tat-Tribunal ghal Talbiet Zghar li cahad it-talba attrici billi qies li l-azzjoni kienet preskritta a tenur tal-Artikolu 2148(a) li jiddisponi li "l-azzjonijiet tal-hajjata, skrapar, mastrudaxxi ecc. jaqghu bi preskrizzjoni bl-eghluq ta' tmintax-il xahar."

L-appellant sostna izda pagament akkont maghmul mill-konvenuti appellati kien jammonta ghall-accettazzjoni tal-kont tal-attur bl-effett li ttawwal l-perjodu preskrittiv minn dak ta' tmientax-il xahar ghall-hames snin.

L-Artikolu 2151(2) jiddisponi li "...jekk il-kreditu ghal dawn il-fornituri, kunsinni, xogholijiet, servizzi, jew qadi iehor jirrizulta minn kont accettat mid-debitur jew minn dikjarazzjoni ohra tad-debitur bil-miktub, l-azzjoni ma taqax bi preskrizzjoni hlief bl-eghluq ta' hamessnin li jibdew mid-data ta' dak il-kont jew ta' dik id-dikjarazzjoni."

Issa hawnhekk gie ritenut li l-pagament li sar ma kienx ammissjoni tad-debitu izda konferma tal-ordni u bhala tali qatt ma setghet twassal ghall-effetti kontemplati fl-imsemmi Artikolu.

Fit-tieni lok is-subinciz (2) tal-Artikolu 2151 irid jinqara ma dak li hemm kontenut fis-subinciz numru (1). Infatti l-provvedimenti tas-subinciz (2) japplikaw biss meta jirrizulta li jkun hemm kont accettat mid-debitur jew minndikjarazzjoni ohra tad-debitur bil-miktub, meta fin-negozjati ta' bejn min jipprovdi l-materjal, xoghol jew servizzi u min jkun ordna l-istess affarijiet, ikun hemm kontinwazzjoni ta' fornituri, kunsinni bil-kreditu, xogholijiet, servizzi jew qadi iehor.




Operational Programme 1
CONvErGE connected eGovernment


We use cookies to ensure that we give you the best experience on our website. If you continue without changing your settings, we'll assume that you are happy to receive all cookies. More Info