Referenza: 86/1994/1

Dettalji tas-Sentenza


Data
27/02/2004
Qorti
OF APPEAL (CIVIL, SUPERIOR)
Ġudikatura
DE GAETANO VINCENT, CAMILLERI JOSEPH D., FILLETTI JOSEPH A.
Partijiet
CURMI NOEL ET vs ELLIS DR. JOSEPH ET NOE
ECLI
N/A
Judgement Type
FINAL JUDGEMENT

Kliem Ewlieni / Fil-Qosor


Kliem Ewlieni
BEJGH, DEKADENZA TA` SENTEJN GHALL-EZERCIZZJU TAL-AZZJONI TAHT L-ART. 1390 - BEJGH, TERMINU TA` DEKADENZA GHALL-AZZJONI FUQ IL-BAZI TAL-BEJGH TA` OGGETT MHUX TAL-KWALITA` PATTUWITA
Fil-Qosor
L-Artikolu 1390 tal-Kap. 16 jiddisponi li:

"Jekk il-haga li l-bejjiegh igib biex jikkunsinnama tkunx tal-kwalita` mwieghda, jew ma tkunx bhall-kampjun li fuqu l-bejgh ikun sar, ix-xerrej jista' jaghzel jew li jirrifjuta l-haga u jitlob id-danni, jew li jircievi l-haga bi prezz anqas fuq stima ta' perit".

L-Artikolu 1047 tal-Kap. 16 jiddisponi li:

"1407. (1) L-azzjoni li tmiss lill-bejjiegh ghaz-zieda tal-prezz, u dik li tmiss lix-xerrej ghat-tnaqqis tal-prezz jew biex jerga' lura mill-kuntratt, tintilef eghluq sentejn minn dakinhar tal-kuntratt."

Il-perijodu ta' sentejn stabbilit fl-artikolu 1407 tal-Kodici Civili hu perijodu ta' dekadenza bir-rizultat li jekk il-kompratur jonqos li jezercita d-dritt moghti lilu bl-Artikolu 1390 kontra l-venditur fi zmien sentejn ma jistax jezercita l-istess dritt "per via di azione" u anqas "per eccezione" wara li jkun iddekorra dak it-terminu.

Dan it-terminu jibda jghaddi mid-data tal-kuntratt.




Programm Operattiv 1
CONvErGE connected eGovernment


Dan is-sit jagħmel użu mill-cookies biex jiggarantilek l-aħjar esperjenza. Jekk ma tbiddilx is-settings tiegħek, nifhmu li qed taċċetta l-użu tal-cookies b’mod awtomatiku. Iktar Informazzjoni