Reference: 298/2002/1

Judgement Details


Date
25/02/2004
Court
OF APPEAL (CIVIL, INFERIOR)
Judiciary
SCIBERRAS PHILIP
Parties
DARMANIN JOSEPH R. vs CAUCHI GINO ET
ECLI
N/A
Judgement Type
FINAL JUDGEMENT

Keywords / Summary


Keywords
LIBELL, ELEMENTI TAL-AZZJONI CIVILI - LIBELL, TALBA GHAL RETTIFIKA
Summary
Hu pacifiku f'materja ta' ingurja permezz tal-istampat illi l-attur li jhossu malafamat ma kellux jaghmel haga ohra biex isostni d-domanda tieghu hlief li jipprova li l-artikolu jew ahbar mxandra kienet ingurjuza. Sodisfatta din il-prova huwa, mbaghad, dmir tal-konvenuti li jikkombattuha bil-mezzipermessi mil-ligi biex jevitaw il-konsegwenzi tal-agir taghhom.

Opportunement, jigi osservatukoll illi fl-ambitu tad-drittijiet tal-bniedem, tutelati mill-Kostituzzjoni u mill-Konvenzjoni, u ahjar mfissra mill-kazistika tal-Qorti Ewropeja, hemm, oltre spazju ampju lid-dritt tal-espressjoni,d-drittjiet li bniedem f'socjeta` ghandu jkollu tal-immagini, l-isem, l-unur u r-reputazzjoni tieghu.

Biex id-divulgazzjoni bi kwalsiasi mod ta' informazzjoni titqies ezercizzju lecitu tad-dritt liberu tal-espressjoni jridu jikkonkorru s-segwenti kondizzjonijiet:-

a) il-verita` oggettiva tal-fatti esposti basta li din tkun ir-rizultat ta' ricerka diligenti u serja dwar fatti fil-kompletezza taghhom;

b) l-interess tal-pubbliku li jinghata gharfien tal-fatti;

c) il-korrettezza jew kontinenza tal-espressjoni tal-fatti. Dan fis-sens illi din tkun tissodisfa l-interessgenerali tal-konoxxenza tal-fatti determinanti ottenuti wara indagini orjentata li tgharaf dak li huta' rilevanza.

Il-libellant ma jistax jippretendi illi seta' jezimi ruhu mir-responsabilita`ghall-malafama minnu kommessa billi jippretendi li l-attur seta' dejjem kiteb lill-editur tal-gazzetta u jitlob li tigi ppubblikata rettifika. Dan ir-rimedju, illi l-ligi wkoll tipprevedi, ma kien bl-ebda mod jissostitwixxi jew jaghmel tajjeb ghad-dritt li persuna malafamata kellha ghar-rizarciment tad-danni. Dan ghaliex pajjiz demokratiku kien jixraqlu li jkollu stampa hielsa imma stampa responsabbli li kienet obbligata wkoll, illi entro l-limiti stabbiliti, topera fir-rispett xieraq tal-persuni li jattiraw l-attenzjoni taghha bhala oggett ta' kritika jew kumment.




Operational Programme 1
CONvErGE connected eGovernment


We use cookies to ensure that we give you the best experience on our website. If you continue without changing your settings, we'll assume that you are happy to receive all cookies. More Info